About
Ralph Cassar
Niehu gost jekk naqsmu ftit ideat flimkien. Huwa biss permezz tal-kuntatt mieghek li nistgha nkun ta’ servizz ahjar ghalik.
Ikkuntattjani/Contact me: racas@waldonet.net.mt jew ralph.cassar@alternattiva.org.mt
Mob. 99894962 Tel. 21 418932
Ralph Cassar twieled fl-1974 u minn dejjem għex Ħ’Attard. Kien ukoll jattendi l-iskola primarja ta’ Ħ’Attard. L-edukazzjoni sekondarja ħadha fil-Liċeo tal-Ħamrun u s-Sixth Form ta’ l-Imsida. Ralph iggradwa BSc fil-Kimika u l-istudji tal-Kompjuter fl-1996 mill-Universita` ta’ Malta. Kompla l-istudji tiegħu fl-istess Universita` fejn kiseb Masters fil-Management (MBA) fl-2003. Ralph Cassar jaħdem ma’ kumpanija tal-manifattura privata li tipproduċi l-mediċini għall-esportazzjoni. Għandu esperjenza twila ma’ fl-oqsma tal-kwalita` u l-produzzjoni u issa jieħu ħsieb proġetti ġodda ta’ riċerka u żvilupp ta’ mediċini. Ralph ilu involut ħmistax-il sena fl-Alternattiva Demokratika, għax jemmen li Malta għandha bżonn tinqata’ minn mentalita ta’ tribujiet fejn kollox abjad jew iswed. Bħalissa Ralph Cassar huwa Deputat Segretarju Ġenerali ta’ AD u huwa ukoll kelliem dwar l-enerġija l-innovazzjoni u l-industrija.
Ralph Cassar kien ikkontesta u ġie elett f’isem l-Alternattiva Demokratika fl-ewwel Kunsill ta’ Ħ’Attard fl-1994 fejn ħadem biex issir il-pedestrijanizazzjoni tal-pjazza ta’ ħdejn il-Knisja, biex il-ġonna jingħataw dehra ġdida, biex l-ispazji miftuħa fosthom l-area quddiem is-Supermarket fi Triq il-Mosta ma jinbnewx u biex Ħ’Attard jissebbaħ. Dak iż-żmien għadda u l-Kunsill reġa għandu bżonn ta’ injezzjoni ta’ enerġija u ideat ġodda. Għaldaqstant Ralph iddeċieda li jerġa jitolbok l-fiduċja tiegħek.
Għal darb’oħra Ralph Cassar, fl-10 ta’ Marzu 2007 reġa ġie elett biex iservik fil-Kunsill Lokali ta’ Ħ’Attard.
Ralph Cassar se jikkontesta l-elezzjoni ġenerali f’isem ALTERNATTIVA DEMOKRATIKA – THE GREEN PARTY fuq is-7 distrett [Żebbuġ (Malta), Dingli, Mġarr, Mtarfa, Rabat (Malta)] u l-11-il distrett [Mdina, Attard, Balzan, Mosta].









