Archive for June, 2007

Rebha: Il-gnien ta’ hdejn il-knisja salvat

June 23, 2007

Mozzjoni ohra li ressaqt fuq inizjattiva tieghi u li giet approvata unanimament hija li l-gnien ta’ hdejn il-knisja ta’ H’Attard (quddiem il-kazin laburista) jibqa’ gnien u mhux jinbidel f’parking kif kien iddecieda l-Kunsill Lokali precedenti.

Il-mozzjoni li ghaddiet (7-0) tghid hekk: 

MOZZJONI 

Il-Kunsill Lokali ta’ H’Attard jirrisolvi illi l-pjazza fi Triq Tumas Dingli (quddiem l-Kazin tal-Malta Labour Party), tibqa’ pjazza u spazju miftuh kif inhi bhalissa u l-pjanijiet biex din l-area issir parking jigu abbandunati. Il-pjazza tenhtieg manutenzjoni immedjata minhabba l-hsarat li fiha. Ghandhom wkoll isiru arrangementi biex is-sigar u l-arbuxxelli f’din il-pjazza jigu ikkurati u jithawwlu l-godda fejn hemm bzonn. Il-Kunsill Lokali ghandu jwarrab il-fondi necessarji ghal dan l-iskop. 

Proponent: Ralph Cassar

Sekondant: John Bonnici

Mozzjoni biex jitqieghdu l-Minuti fuq il-website ma tghaddix

June 23, 2007

Din t’hawn taht hija mozzjoni li pprezentajt lill-Kunsill Lokali biex id-decizjonijiet li jiehu l-Kunsill Lokali jkunu aktar accessibbli ghall-pubbliku. Sfortunatament l-mozzjoni m’ghaddietx (5-2) bil-Kunsilliera tal-PN kollha jivvutaw kontra u Kunsillier ta’ l-MLP jivvota kontra u iehor li ssekondali l-mozzjoni jivvota mieghi favur. Kont sorpriz li l-mozzjoni m’ghaddietx. Fl-opinjoni tieghi r-ragunijiet li nghataw kienu fjakki. Il-minuti u l-accounts tal-Kunsill diga wiehed jista’ jmur jarahom l-ufficcju tal-Kunsill ghax hekk tghid il-ligi. Il-mozzjoni tieghi kulma kienet tfisser hija li l-accessibilta ghal informazzjoni pubblika tizdied.   

MOZZJONI 

Il-Kunsill Lokali jirrisolvi li biex tizdied it-trasparenza fl-operat tal-Kunsill u biex jkun hemm aktar accessibilta ghall-informazzjoni dwar l-operat tal-Kunsill Lokali, il-minuti approvati tal-laqghat tal-Kunsill Lokali u l-Accounts awditjati jitqieghdu fuq il-website tal-Kunsill Lokali. 

Proponent: Ralph Cassar 

Sekondant: Alfred Zammit