Din t’hawn taht hija mozzjoni li pprezentajt lill-Kunsill Lokali biex id-decizjonijiet li jiehu l-Kunsill Lokali jkunu aktar accessibbli ghall-pubbliku. Sfortunatament l-mozzjoni m’ghaddietx (5-2) bil-Kunsilliera tal-PN kollha jivvutaw kontra u Kunsillier ta’ l-MLP jivvota kontra u iehor li ssekondali l-mozzjoni jivvota mieghi favur. Kont sorpriz li l-mozzjoni m’ghaddietx. Fl-opinjoni tieghi r-ragunijiet li nghataw kienu fjakki. Il-minuti u l-accounts tal-Kunsill diga wiehed jista’ jmur jarahom l-ufficcju tal-Kunsill ghax hekk tghid il-ligi. Il-mozzjoni tieghi kulma kienet tfisser hija li l-accessibilta ghal informazzjoni pubblika tizdied.
MOZZJONI
Il-Kunsill Lokali jirrisolvi li biex tizdied it-trasparenza fl-operat tal-Kunsill u biex jkun hemm aktar accessibilta ghall-informazzjoni dwar l-operat tal-Kunsill Lokali, il-minuti approvati tal-laqghat tal-Kunsill Lokali u l-Accounts awditjati jitqieghdu fuq il-website tal-Kunsill Lokali.
Proponent: Ralph Cassar
Sekondant: Alfred Zammit
Leave a Reply