Mozzjoni ohra li ressaqt fuq inizjattiva tieghi u li giet approvata unanimament hija li l-gnien ta’ hdejn il-knisja ta’ H’Attard (quddiem il-kazin laburista) jibqa’ gnien u mhux jinbidel f’parking kif kien iddecieda l-Kunsill Lokali precedenti.
Il-mozzjoni li ghaddiet (7-0) tghid hekk:
MOZZJONI
Il-Kunsill Lokali ta’ H’Attard jirrisolvi illi l-pjazza fi Triq Tumas Dingli (quddiem l-Kazin tal-Malta Labour Party), tibqa’ pjazza u spazju miftuh kif inhi bhalissa u l-pjanijiet biex din l-area issir parking jigu abbandunati. Il-pjazza tenhtieg manutenzjoni immedjata minhabba l-hsarat li fiha. Ghandhom wkoll isiru arrangementi biex is-sigar u l-arbuxxelli f’din il-pjazza jigu ikkurati u jithawwlu l-godda fejn hemm bzonn. Il-Kunsill Lokali ghandu jwarrab il-fondi necessarji ghal dan l-iskop.
Proponent: Ralph Cassar
Sekondant: John Bonnici
Leave a Reply