Archive for July 1st, 2007

Bexx… mhux ahjar ma jintuzax?

July 1, 2007

Xi residenti gibduli l-attenzjoni li jintuza bexx mal-gnub tal-bankini biex joqtol ‘l hekk imsejjah ‘haxix hazin’. Naqbel li dan ghandu jigi ikkontrollat izda kull m’hemm bzonn li dan jinqala’ mill-bankini b’ghodda komuni… m’hemmx ghalfejn jintuza ‘weed-killer’ li hija kimika potenti hafna u hasra li jintuza ghal bicca xoghol daqshekk insinifikanti bhall-haxix hazin fuq il-bankini! Barra minn hekk ma tistax tghid fejn tispicca din il-kimika. Il-professjoni tieghi hija ta’ kimiku, imma l-opinjoni tieghi hija li certi sustanzi ahjar jintuzaw l-inqas possibbli u meta VERA hemm bzonn urgenti.

Issuggerejt lill-Kunsill Lokali biex dan jieqaf jintuza… imma l-proposta tieghi ma gietx accettata.

Kuntratti skaduti… xoghol minghajr tender

July 1, 2007

Hemm diversi kuntratti skaduti…dak tal-gonna pubblici, dak gall-kisi tat-toroq…aghar minn hekk qable l-elezzjoni ta’ Marzu saru mas-Lm60,000 xogholijiet fit-toroq minghajr ma nharget sejha ghall-offerti (tender), igifieri kontra l-ligi. Dan ma jistax ikun li jibqa’ jsehh.

Jien tlabt biex il-kuntratti skaduti jinhargu ghall-process tat-tendering minnufih… tlabt li l-issue tat-tenders skaduti titpogga fuq l-agenda malajr kemm jistgha jkun. Hija kwestjoni ta’ trasparenza u ta’ infieq bil-ghaqal u b’mod korrett ta’ fondi pubblici.