Il-bidu tat-triq

Ralph Cassar, Kunsillier

Nirringrazzjakom tal-fiducja taghkom fija u fil-programm politiku li pprezentajt ghall-Kunsill Lokali ta’ H’Attard. Hemm hafna xoghol xi jsir H’Attard. Hemm bzonn impetu biex l-affarijiet jimxu u naraw titjib fil-kwalita tal-hajja.Jien inhoss li hemm 3 prijoritajiet: Is-sikurezza fit-toroq u immanigjac_attard.jpgc_attard.jpgr tat-traffiku; il-protezzjoni ta’ spazji miftuha; komunikazzjoni kontinwa mar-residenti. It-traffiku huwa problema.

Sirna niddependu wisq fuq il-karozza. Ideat li ressaqt, anke ma’ kunsilliera ohra, f’dan ir-rigward, huwa l-bzonn li nharsu b’mod shih lejn kif jiccirkola t-traffiku f’H’Attard. Idea interessanti li ittaffi l-problema ta’ l-anqas ghal xi granet matul is-sena huwa li fi Hdud mifruxin tul is-sena xi toroq madwar H’Attard kollu jinghataw lura lin-nies (minflok ill-karozzi), ghal xi hinijiet tul il-gurnata. Nheggeg lil persuni li jixtiequ li attivita simili tigi organizzata fit-triq taghhom biex jersqu l-quddiem bl-ideat taghhom. Immagina gurnata l-Hadd fejn t-triq tieghek tista’ tiltaqa’ mal-girien u forsi t-tfal jilghabu xi loghba minghajr hsieb.Inhoss ukoll li l-ispazji miftuha li ghandna ghandhom jitharsu. Iva, veru isiru atti vandali fil-gonna pubblici imma dan il-fatt m’ghandux jaqtghalna qalbna u nhallu lil dawk il-ftit jirbhu fuq il-maggoranza tan-nies.

Bhala kunsillier ninsisti hafna li playing fields u gonna jibqghu spazji accessibbli ghal kulhadd. Ma nistghux inkomplu incedu aktar art lill-karozzi.Hemm affarijiet ohra li nixtieq nara titjib fihom. Il-livell ta’ ndafa fit-toroq per ezempju, specjalment f’zoni hemm il-hwienet. Diga insistejt li jizdiedu l-litter bins u daqt jibda l-process biex tidahhal bye-law li tpoggi l-obbligu li tinzamm l-indafa quddiem stabbilimenti kummercjali. Hija kwestjoni semplici: ta’ civilta u responsabbilita civika. Nixtieq ukoll, u hemm grupp ta’ nies dedikati li qed nahdmu maghhom bhalissa, li jsir target ta’ thawwil ta’ numru ta’ sigar indigeni godda kull sena.

 Immagina 150 sigra gdida fis-sena f’H’Attard. Nahseb ikun bidu tajjeb. Ir-restawr tal-linja tal-ferrovija ghandha tkun prijorita ohra, bhalma hija kampanja dwar l-uzu aktar bil-ghaqal ta’ l-elettriku u edukazzjoni kif innaqqsu l-hela u t-tniggis. Il-Kunsill ghandu jiehu ‘leadership role’ f’dan il-qasam. Il-holma tieghi hija li wiehed mill-gonna pubblici ikun imdawwal permezz ta’ energija mix-xemx.Imbaghad, sfortunatament hemm kwestjonijiet nazzjonali li qed jolqtu lil H’Attard. Wahda minnhom hija l-estensjoni taz-zoni ta’ l-izvilupp, li fl-opinjoni tieghi saret b’mod li jmur kontra d-direttiva SEA ta’ l-Unjoni Ewropea. Ma nistax nifhem kif f’pajjiz mizghud bil-bini irridu nkomplu innaqqru l-fit kampanja li ghandna. Haga ohra hija l-politika ta’ l-ippjanar li qed tippermetti li jitwaqqghu djar pjottost godda u jinbnew appartamenti ckejknin. H’Attard rega sar sit tal-kostruzzjoni.

Ghandi hafna aktar x’nghid u rrid nisma’ ukoll minghandkom. L-aktar mod facli biex tikkuntattjawni huwa permezz ta’ l-email racas@waldonet.net.mt u l-website www.ralphcassar.com. In-numru tal-mobile tieghi huwa 99894962.

Leave a comment