Archive for September 14th, 2007

People first

September 14, 2007

“I dream of a time when the first option of most citizens when facing some difficulty whether pension rights, social assistance or support from the police, is not to have to resort to a politician. For Greens, people first, not as partisans or clients.”
– Dr. Harry Vassallo, Chairperson, Alternattiva Demokratika, The Times, 14/9/2007

Wara s-sajf…

September 14, 2007

Fl-ahhar! Il-kuntratti skaduti se jiggeddu! Tghiduli… u allura? Hemm bzonn! Hemm bzonn spinta fejn jidhol maintenance ta’ gonna u thawwil ta’ xtieli u sigar godda…ghax bhalissa frankament dizastru!

Fl-ahhar ukoll, xi haga li ili nishaq fuqha dalwaqt issehh…ghal Ottubru se jithawwlu numru mhux hazin ta’ sigar f’Wied Irmiedi… hemm bzonn insebbhu l-post u nzidu s-sigar f’din il-gzira mimlija siment!

Li qed idejjaqni huwa it-tnikkir… tnikkir li jidher li huwa endemiku f’certi kuntratturi u haddiema! Per ezempju: biex torganizza xi haga trid taqla’ qalbek! Dejjaqni ukoll iz-zbir esagerat ta’ sigar fi Triq Hal Warda li frankament fl-opinjoni tieghi ma kellhomx jinzabru. B’rizultat t’hekk issugerejt li fil-kuntratt il-gdid tal-gonna (li jinkludi z-zbir) tidhol klawsola li zbir isir meta jkun ASSOLUTAMENT necessarju u li jigu ikkonsultati l-kunsilliera qabel. Emmnuni jekk tridu: il-kunsilliera MHUX DEJJEM ikunu jafu x’qed jigri ezatt. Ghalhekk importanti li jsiru policies cari dwar diversi oqsma, xi haga li sofrtunatament hija nieqsa hafna!

Nuqqas iehor huwa l-apparat ghal l-iskateboards li kien fi Gnien il-Palma. Dan kellu jsir gdid …imma ghadu mhux lest!

Kelli kuntatti mall-MEPA dwar il-barriera f’Wied Incita, staqsejthom biex jaghmlu spot-checks biex jaraw jekk it-terrapien li qed jintefa’ hemm hux qed isir kif suppost… s’issa l-ebda risposta! Bghattilhom email ukoll biex JARAW X’JAGHMLU u jenforzaw ir-regolamenti dwar il-plottijiet vojta…kemm se ndumu nistennew aktar?

Fuq inizjattiva tieghi se jibdew isiru korsijiet ta’ filghaxija minn Ottubru. Din hija l-ewwel darba li l-Kunsill Lokali ta’ H’Attard se joffri varjeta ta’ korsijiet: minn dawk li ghandhom x’jaqsmu mad-dinja tax-xoghol sa ‘crafts’ u anke lingwi bhall-ispanjol u t-taljan. Suppost ghandu jintbghat fuljett f’kull dar f’H’Attard. Igri nibdew!