Archive for November, 2007

Villa Bologna fil-mira

November 20, 2007

Alternattiva Demokratika dwar il-pjanijiet lokali u Villa Bologna f’H’Attard

Fi stqarrija ghall-istampa Dr. Harry Vassallo, Chairperson ta’ AD u Ralph Cassar, Kunsillier ta’ AD f’H’Attard qalu li huwa inkoncepibbli kif f’pajjiz b’53,000 propjeta vojta qed jinghataw permessi ghal bini f’zoni li diga jbatu minn densita gholja ta’ bini.

Dr. Vassallo qal:”Illum hadt sehem f’konferenza stampa organizzata mill-Perit Carmel Cacopardo ghan-nom tal-familja de Trafford. Dawn il-persuni haqqhom prosit u rikonoxximent ghax iridu li l-propjeta taghhom tigi protetta u l-ispazji miftuha li hemm maghha jibqghu miftuha u mhux jinbnew u jifgaw lill-girien. Il-kaz ta’ Villa Bologna f’H’Attard, fejn parti mill-gonna, li skond policies tal-MEPA stess suppost huma protestti, gew indikati bhala li jista’ jsir bini fihom huwa sintomu tal-kilba li hawn biex kull roqgha art tinghata ghall-ispekulazzjoni. Il-gonna kbar f’H’Attard u fil-qalba ta’ l-irhula kollha ta’ Malta u Ghawdex ghandhom jigu protetti bil-fatti minnufih.”

Il-Kunsillier ta’ AD f’H’Attard Ralph Cassar zied:”Il-pjanijiet lokali gew fis-sehh minghajr konsultazzjoni fuq l-ahhar verzjoni bil-konsegwenza li t-tibdiliet kbar li saru fil-pjanijijet qatt ma gew diskussi b’mod pubbliku. L-ispazji miftuha f’H’Attard, bhal f’postijiet ohra madwar Malta u Ghawdex huma that il-mira ta’ l-ispekulaturi, bil-Gvern jinkoragixxi minflok jiskoraggixxi l-ispekulazzjoni.”

Ralph Cassar semma kif il-Kunsilli Lokali qed isibu ruhhom b’lokalitajiet li qed isiru siti ta’ kostruzzjoni, bil-budget zghir taghhom lanqas biss ilahhaq mal-manutenzjoni normali tat-toroq u wisq inqas mat-tkissir li qed isir minhabba l-politika zbaljata tal-gvern u tal-MEPA.

Ralph Cassar ghalaq billi appella biex il-ftit spazji miftuha li baqa’ inkluz fi Triq Lorenzo Manche f’H’Attard (fuq wara ta’ Villa Bologna) jibqghu miftuha ghat-tgawdija tan-nies ta’ l-inhawi. “Il-fatt li hafna nies qed jghixu f’appartamenti aktar jaghmilha importanti li jigu mharsa l-ispazji miftuha – kemm ghar-rikreazzjoni tal-pubbliku u anke biex tigi mharsa l-estetika tal-inhawi ta’ madwar.”

Alternattiva Demokratika ittenni li sakemm nibqghu b’partiti fil-parlament iffinanzjati mill-ispekulaturi u sakemm ma jkunx hemm pluralizmu permezz ta’ AD fil-parlament dawn l-affarijiet se jibqghu jsehhu.

Hands off open spaces!!

November 20, 2007

I’m proud of constantly harping about the importance of keeping open space…. OPEN! The MEPA rezoning and local plans (Central Local Plan includes Attard) are wreaking havoc. I also wish to thank Architect Carmel Cacopardo for helping me with issues regarding planning. If there are any residents who wish to share their experiences/concerns with me regarding this and any other issue please do not hesistate contacting me on cassarralph@gmail.com  or 99894962.

Sigar… u aktar

November 20, 2007

B’inizjattiva u mbuttatura tieghi thawwlu mas-sebghin sigra fosthom zebbug, znuber, ballut, harrub u gharghar hdejn Wied Rmiedi (fuq Triq Dun Mikiel Xerri, f’H’Attard). Nispera li jithallew jikbru biex jsebbhu l-inhawi.

Fir-rivista li jmiss tal-Kunsill ghandu jkun hemm avviz dwar korsijiet ta’ filghaxija li se jsiru b’inizjattiva tieghi. Nispera li ssibuhom ta’ interess.

Problemi dejjem jibqghu: it-tindif tat-toroq u tal-gonna hemm bzonn li jsiru b’aktar serjeta u li jkun hemm aktar sorveljanza tax-xoghol mill-kuntratturi. L-istess dwar il-plottijiet vojta. Ghaddiet mozzjoni li ressaqt biex issir aktar pressjoni fuq il-MEPA biex min ghadu ma beniex hajt kif jirrikjedu r-regolamenti jaghmel dan minnufih…. x’qed tistennew MEPA!?