Villa Bologna fil-mira

Alternattiva Demokratika dwar il-pjanijiet lokali u Villa Bologna f’H’Attard

Fi stqarrija ghall-istampa Dr. Harry Vassallo, Chairperson ta’ AD u Ralph Cassar, Kunsillier ta’ AD f’H’Attard qalu li huwa inkoncepibbli kif f’pajjiz b’53,000 propjeta vojta qed jinghataw permessi ghal bini f’zoni li diga jbatu minn densita gholja ta’ bini.

Dr. Vassallo qal:”Illum hadt sehem f’konferenza stampa organizzata mill-Perit Carmel Cacopardo ghan-nom tal-familja de Trafford. Dawn il-persuni haqqhom prosit u rikonoxximent ghax iridu li l-propjeta taghhom tigi protetta u l-ispazji miftuha li hemm maghha jibqghu miftuha u mhux jinbnew u jifgaw lill-girien. Il-kaz ta’ Villa Bologna f’H’Attard, fejn parti mill-gonna, li skond policies tal-MEPA stess suppost huma protestti, gew indikati bhala li jista’ jsir bini fihom huwa sintomu tal-kilba li hawn biex kull roqgha art tinghata ghall-ispekulazzjoni. Il-gonna kbar f’H’Attard u fil-qalba ta’ l-irhula kollha ta’ Malta u Ghawdex ghandhom jigu protetti bil-fatti minnufih.”

Il-Kunsillier ta’ AD f’H’Attard Ralph Cassar zied:”Il-pjanijiet lokali gew fis-sehh minghajr konsultazzjoni fuq l-ahhar verzjoni bil-konsegwenza li t-tibdiliet kbar li saru fil-pjanijijet qatt ma gew diskussi b’mod pubbliku. L-ispazji miftuha f’H’Attard, bhal f’postijiet ohra madwar Malta u Ghawdex huma that il-mira ta’ l-ispekulaturi, bil-Gvern jinkoragixxi minflok jiskoraggixxi l-ispekulazzjoni.”

Ralph Cassar semma kif il-Kunsilli Lokali qed isibu ruhhom b’lokalitajiet li qed isiru siti ta’ kostruzzjoni, bil-budget zghir taghhom lanqas biss ilahhaq mal-manutenzjoni normali tat-toroq u wisq inqas mat-tkissir li qed isir minhabba l-politika zbaljata tal-gvern u tal-MEPA.

Ralph Cassar ghalaq billi appella biex il-ftit spazji miftuha li baqa’ inkluz fi Triq Lorenzo Manche f’H’Attard (fuq wara ta’ Villa Bologna) jibqghu miftuha ghat-tgawdija tan-nies ta’ l-inhawi. “Il-fatt li hafna nies qed jghixu f’appartamenti aktar jaghmilha importanti li jigu mharsa l-ispazji miftuha – kemm ghar-rikreazzjoni tal-pubbliku u anke biex tigi mharsa l-estetika tal-inhawi ta’ madwar.”

Alternattiva Demokratika ittenni li sakemm nibqghu b’partiti fil-parlament iffinanzjati mill-ispekulaturi u sakemm ma jkunx hemm pluralizmu permezz ta’ AD fil-parlament dawn l-affarijiet se jibqghu jsehhu.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s


%d bloggers like this: