Archive for January, 2008

ELEZZJONI 2008 – Bidla … ta’ vera

January 31, 2008

Ghaziz habib/a,

Se nikkontesta l-elezzjoni generali ta’ din is-sena fuq is-7 Distrett – Żebbuġ (Malta), Dingli, Mġarr, Mtarfa, Rabat (Malta) u l-11-il Distrett – Mdina, Attard, Balzan, Mosta. 

Bidla fil-mod kif issir il-politika hawn Malta b’mod wiehed biss tista’ ssehh… bl-elezzjoni ta’ deputati mit-tielet partit fil-parlament. Alternattiva Demokratika ghandha storja ta’ serjeta, proposti ragjonevoli u persuni ta’ integrita. Mhux se nitkellem fuqi innifsi, ghax dak inhalli f’idejkom biex tiggudikaw, izda bizzejjed insemmi lil Dr Harry Vassallo (http://harryvassallo.blogspot.com)  u lil Dr Arnold Cassola, li hadmu fuq li hadmu biex Malta tinbidel verament u bil-fatti.

Persuna ohra li tispirani hafna dwar xi jfisser tkun ta’ servizz fil-hajja pubblika u li se tkun kandidat mieghi ukoll fuq il-hdax-il distrett hija l-Perit Carmel Cacopardo (http://carmelcacopardo.wordpress.com).

Nappellalek: b’vot lil AD tkun qed tikkontribwixxi lejn il-bidla… Huwa vot b’konvinzjoni. Huwa l-unika mod kif tghaddi l-messagg tieghek FAVUR il-pluralizmu politiku u DEMOKRAZIJA SHIHA, FAVUR il-MERITOKRAZIJA. Vot ghall-ohrajn, jiddispjacini nghid, huwa vot favur il-kuntratturi l-kbar, ghax il-poter veru f’min jiffinanzja lill-PN u anke lill-MLP.

AD fil-parlament titlob ghal ligijiet li JIRREGOLAW IL-MOD KIF ISIRU HATRIET PUBBLICI – minflok il-loghba tal-klikek li imdorrijin naraw u ligijiet imsejjha ‘WHISTLEBLOWER ACT’ u ‘FREEDOM OF INFORMATION ACT’. Ghaliex? Ghax ahna nemmnu fid-DEMOKRAZIJA BIL-FATTI u MHUX DEMOKRAZIJA GHALL-APPARENZA BISS!

Nistiednek tinghaqad maghna fil-progett ghall-bidla.

Sena Gdida

January 16, 2008


 

L-indafa tibqa’ prijorita…  u inizjattivi ohra

Fuq inizjattiva tieghi zdiedu kontenituri ohra ghall-plastik fil-bring-in sites ta’ tarf Triq il-Pitkali u ta’ Triq Tumas Chetcuti.

Fuq inizjattiva tieghi ukoll twahhlet ‘bike-rack’ hdejn fejn jiltaqghu l-girlguides (il-biccerija l-antika). Sodisfatt hafna li l-Girl Guides qaghdu jiehdu l-intrigu jitolbu ghal xi haga li jista’ jgawdi minnha kulhadd. Qed jaghmlu hafna xoghol fuq edukazzjoni fuq temi ambjentali u li joqtu lil sahhitna bhat-tniggis ta’ l-arja ecc. Prosit lill-Girl Guides ta’ H’Attard!

Il-problema tal-bini bl-addocc bil-barka tal-Gvern hija fost l-akbar problemi. F’dawn il-granet se nipprezenta mozzjoni biex il-Kunsill jiftah kawza fuq din il-kwestjoni peress li l-proceduri dwar l-izvilupp ma gewx segwiti kif suppost mill-Gvern u l-MEPA.

Wara zmien pjuttost twil ta’ stennija applikaw bizzejjed nies biex isiru 4 korsijiet ta’ filghaxija, fosthom fl-ispanjol u fl-arti. Nirringrazzja lis-Surmast tal-iskola Tumas Dingli ta’ l-ghajnuna tieghu.

Ma nistax ma nsemmix in-nuqqas kbir ta’ rizorsi li qed jiffaccjaw il-Kunsilli Lokali. Inizjattiva li qed nahdem fuqha hija dwar l-energija. Nixtieq li bhal f’Rotterdam l-Kunsill iqassam bozzoz energy saving lil kull familja f’H’Attard. Ghamilt xi ‘costings’. Forsi nsibu finanzjament mill-UE… imma din hija haga li tiehu z-zmien!