Ghaziz habib/a,
Se nikkontesta l-elezzjoni generali ta’ din is-sena fuq is-7 Distrett – Żebbuġ (Malta), Dingli, Mġarr, Mtarfa, Rabat (Malta) u l-11-il Distrett – Mdina, Attard, Balzan, Mosta.
Bidla fil-mod kif issir il-politika hawn Malta b’mod wiehed biss tista’ ssehh… bl-elezzjoni ta’ deputati mit-tielet partit fil-parlament. Alternattiva Demokratika ghandha storja ta’ serjeta, proposti ragjonevoli u persuni ta’ integrita. Mhux se nitkellem fuqi innifsi, ghax dak inhalli f’idejkom biex tiggudikaw, izda bizzejjed insemmi lil Dr Harry Vassallo (http://harryvassallo.blogspot.com) u lil Dr Arnold Cassola, li hadmu fuq li hadmu biex Malta tinbidel verament u bil-fatti.
Persuna ohra li tispirani hafna dwar xi jfisser tkun ta’ servizz fil-hajja pubblika u li se tkun kandidat mieghi ukoll fuq il-hdax-il distrett hija l-Perit Carmel Cacopardo (http://carmelcacopardo.wordpress.com).
Nappellalek: b’vot lil AD tkun qed tikkontribwixxi lejn il-bidla… Huwa vot b’konvinzjoni. Huwa l-unika mod kif tghaddi l-messagg tieghek FAVUR il-pluralizmu politiku u DEMOKRAZIJA SHIHA, FAVUR il-MERITOKRAZIJA. Vot ghall-ohrajn, jiddispjacini nghid, huwa vot favur il-kuntratturi l-kbar, ghax il-poter veru f’min jiffinanzja lill-PN u anke lill-MLP.
AD fil-parlament titlob ghal ligijiet li JIRREGOLAW IL-MOD KIF ISIRU HATRIET PUBBLICI – minflok il-loghba tal-klikek li imdorrijin naraw u ligijiet imsejjha ‘WHISTLEBLOWER ACT’ u ‘FREEDOM OF INFORMATION ACT’. Ghaliex? Ghax ahna nemmnu fid-DEMOKRAZIJA BIL-FATTI u MHUX DEMOKRAZIJA GHALL-APPARENZA BISS!
Nistiednek tinghaqad maghna fil-progett ghall-bidla.