Archive for May 12th, 2008

Points to ponder

May 12, 2008

Il-weghdi diga bdew jinkisru: l-aqwa li tirbah mhux hekk?

Tiftakruh lil Gordon Pisani? Kieku kont Daphne (bil-wires maqlubin) kont nikkummenta fuq id-daqs tal-qomos li jilbes, fuq l-istil ta’ xaghru ecc. ecc., izda li huwa vermanet interessanti huwa li Gordon Pisani li issa huwa l-kap tal-kommunikazzjoni tal-PN…Gvern ridt nghid, skuzawni!… huwa l-istess Gordon Pisani li f’isem il-PN ried jaqta’ mijiet ta’ anzjani minn fuq ir-registru elettorali fl-2003/2004. Probabbilment l-ispin u l-kampanja ta’ ‘character assasination’ fuq l-avversarji politici tla-PN xoghlu. Imma ma jimpurtax…mhux l-aqwa li tirbah?

Min okkupa l-art illegalment: Dwejra, Armier… hallihom hemm, wara kollox l-aqwa li tirbah. Mhux hekk?

Qabbad lil min jivvomta fuq kulhadd… kollha tafu min hi l-famuza Daphne. Saret magna tal-mibgheda u l-bassezzi. Jekk trid li jitlghalek l-istonku aqrawha. Imma x’jimporta, mhux l-aqwa li jirbhu?

Kieku kelli nikteb xi haga stil Daphne kienet tkun xi haga hekk: “We ended up with a Prime Minister whose face looks like £$%%^**%$!!. Have you seen him at the EU Heads of Government meeting trying to speak to the big boys? They do not even take notice of him. And the group photo, oh my god! One puny half-pint sized man …”. Mhux xi haga hekk kienet tghid kieku?..anzi nahseb li dan m’hu xejn hdejn l-attakki viljakki, personali taghha.

Meta sa nkunu kapaci niddiskutu l-affarijiet bis-serjeta? Meta ha naraw naqra min verament ghandu l-porter f’idejh f’dan il-pajjiz?