Attivita H’Attard, originally uploaded by Alternattiva Demokratika.
Qed nitilfu hafna spazji miftuha. Qed nispiccaw bit-tfal u zghazagh u anke familji maghluqin gewwa ghax fl-ibliet u l-irhula taghna m’hemmx bizzejjed spazji pubblici. Hemm bzonn nahdmu flimkien biex insalvaw il-ftit li baqa’ u noholqu aktar spazji miftuha ghall-komunitajiet taghna.
Jien kburi li, spirat mill-principji ta’ Alternattiva Demokratika, hdimt biex salvajt: il-pjazza ta’ hdejn il-knisja ta’ H’Attard, l-ispazju miftuh hdejn il-housing estate ta’ H’Attard (li bhalissa qed jitranga) u anke l-ispazju miftuh quddiem is-supermarket fi Triq il-Mosta f’H’Attard li illum hija masgar. Kien hemm min ried jibdel dawn il-postijiet f’parkeggi bla bzonn! Issa hemm bzonn li nsalvaw l-ispazju miftuh fuq wara ta’ Villa Bologna f’H’Attard.
Leave a Reply