Archive for June 8th, 2008

Insalvaw il-linja tal-ferrovija

June 8, 2008

Fl-ahhar laqgha tal-Kunsill Lokali ta’ H’Attard tlabt li tintbghat ittra lil Heritage Malta dwar l-istat hazin tal-linja tal-ferrovija f’H’Attard. Ninsab infurmat li saru tentattivi ta’ restawr xi snin ilu, izda l-abbandun li tinsab fih din l-istruttura unika hi ta’ ghajb.

Il-linja tal-ferrovija (embankment) il-parti kbira taghha tinstab fi Triq il-Linja f’H’Attard, wara l-gonna tal-lukanda Corinthia. Hija ezempju uniku ta’ arkitettura industrijali tas-seklu dsatax. Partijiet mil-linja litteralment qed jaqghu u jitfarrku.

APPELL LIL HERITAGE MALTA: Ghinuna niehdu azzjoni IMMEDJATA biex insalvaw dan il-wirt storiku uniku.

Ralph Cassar – Kunsillier (AD) – H’Attard

AD : Rapport Elezzjoni 2008 … il-kummenti tieghi

June 8, 2008

Mhux se noqghod indur mal-lewza. Kull min ta hinu u l-energija tieghu biex jizgura li AD twassal il-messagg taghha waqt il-kampanja elettorali bl-aktar mod effettiv – bla ebda interessi u bla ebda hlas (tiskanta kemm hawn min ghadu jahseb li l-ufficjali ta’ AD jithallsu!!), wara l-hin normali tax-xoghol – x’aktarx ihossu milqut fil-laham il-haj meta l-isforzi tieghu jew taghha jigu kritikati. Specjalment ghax zgur sa jkun hemm min ghandu l-interess li jkisser lill-AD (qed nghid ghall-artikolisti mqabbdin mill-PN) li se juza frazijiet mahruga barra mill-kuntest biex jipprova jfixkilna. Ma nistax ma nsemmix il-mibgheda ta’ certu nies kontra l-avversarji politici taghhom … mhux kontra l-AD biss.

Izda hekk kellu jsir – ir-rapport kellu jkun ippublikat. Il-membri u attivisti ta’ AD ghandhom dritt jaraw u jaraw il-konkluzjonijiet tar-rapport. Ovvjament hemm fejn naqbel mal-konkluzjonijiet u hemm fejn ma naqbilx. Izda ‘on the whole’ naqbel ma’ l-ispirtu tar-rapport. Ir-rizorsi ta’ hin u ta’ flus huma ovvjament limitati – limitati hafna. Hawn min ghadu jibza’ u jitwerwer johrog fil-berah bhala attivist, kandidat jew ufficjal ta’ AD. Iffacjajna problemi kbar: kumpanija tad-disinn li konna ftehmna maghha pjuttost kmieni qabel bdiet il-kampanja elettorali irtirat mill-ftehim biex taghmel xoghol ghall-PN biss.

Izda ghandna hafna x’nitghallmu: partit professjonali u effettiv ifisser aktar u aktar xoghol iebes.

Fl-ahhar nett ma nistghux ma nirringrazzjawx lil Dr. Harry Vassallo tas-sagrificcji personali kbar li kellu jaghmel biex imexxi lill-AD tul dan l-ahhar 10 snin.

http://www.alternattiva.org.mt/page.asp?n=newsdetails&i=11567