Fl-ahhar laqgha tal-Kunsill Lokali ta’ H’Attard tlabt li tintbghat ittra lil Heritage Malta dwar l-istat hazin tal-linja tal-ferrovija f’H’Attard. Ninsab infurmat li saru tentattivi ta’ restawr xi snin ilu, izda l-abbandun li tinsab fih din l-istruttura unika hi ta’ ghajb.
Il-linja tal-ferrovija (embankment) il-parti kbira taghha tinstab fi Triq il-Linja f’H’Attard, wara l-gonna tal-lukanda Corinthia. Hija ezempju uniku ta’ arkitettura industrijali tas-seklu dsatax. Partijiet mil-linja litteralment qed jaqghu u jitfarrku.
APPELL LIL HERITAGE MALTA: Ghinuna niehdu azzjoni IMMEDJATA biex insalvaw dan il-wirt storiku uniku.
Ralph Cassar – Kunsillier (AD) – H’Attard
June 12, 2008 at 2:35 pm |
Prosit ta’ dan l-interess ghal wiehed mill-hafna siti storici li jgawdi r-rahal taghna. Nixtieq nissuggerixxi li madwar ir-rahal taghna jsiru sign posts b’ismijiet ta’ siti storici bhal nghidu ahna l-kappella ta’ San Pawl, l-kappella ta’ Santu Rokku, il-forn tal-hobz antik li go fih hemm esibit l-mudell tal-vapur ta’ l-art, il-villel b’arkitettura barokka li jinsabu fi triq Sant’ Antnin u aktar.
Nigbed ukoll l-attenzjoni tieghek ghal bzonn ta’ asfaltar fi triq il-Pitkali specjalment il-bicca ta’ quddiem il-Gibjun li hi fi stat dizastruz ta’ hofor. Hekk ukoll li aktar il-fuq mad-dahla ta’ Ta’ Qali inhoss il-bzonn ta’ Traffic Island biex b’hekk ikun aktar irregolat id-direzzjoni tat-traffiku specjalment fil-granet tal-pitkalija.
Grazzi hafna ta’ li sforzi tieghek fil-hidma tieghek fil-kunsill ta’ H’Attard.
July 23, 2008 at 11:02 am |
Ghaziza Marvic,
Tellajt il-proposta ta’ sinjali b’deskrizzjonijiet ta’ postijiet storici quddiem il-Kunsill. Il-proposta giet accettata. Fix-xhur li gejjin nibda nahdem fuqha.
Rigward asfaltar naghmel l-almu tieghi, izda l-ispejjes huma naqra kbar biex issir malajr!
Tislijiet
Ralph Cassar