Divorzju a la Maltija

AD ilha titkellem fuq il-bzonn, sofrtunat kemm trid, tad-divorzju li jinghata mill-qrati Maltin. Il-partiti l-ohra dejjem zammew lura. Il-PN ghal ragunijiet ovvji (il-konservatizmu tal-bazi tal-partit u l-isforz kontinwu biex il-PN jidher bhala d-difensur tar-religjon). L-MLP biex jevita attakki mill-‘moralisti’ kien jevita s-suggett bhal bard ta’ Jannar. L-argumenti li taghmel l-AD huma semplici. Kif tista’ iggieghel zewg persuni maturi u li ghandhim l-eta taghhom jibqghu ‘mizzewgin’? Kif jista’ l-istat jaghlaq ghajnejh ghar-realtajiet ta’ madwarna u ma jaghtix soluzzjoni legali lil persuni adulti li jhossu li ma jistghux jghixu aktar flimkien?

Wara li x’aktarx il-PM Gonzi sab ruhu daru mal-hajt wara dikjarazzjoni ta’ John Dalli fil-gazzetti qal li ghandha tinfetah id-diskussjoni dwar is-suggett. X’aktarx hija mossa biex jibqa’ kollox l-istess u sa hames snin ohra inkunu ghadna qed ‘niddiskutu’. Id-dikjarazzjoni ta’ Dalli giet wara li l-Mexxej ta’ l-MLP adotta il-pozizzjoni ta’ AD dwar id-divorzju. Id-differenza hi li AD b’membru fil-parlament kienet tressaq abbozz li jemenda l-ligi taz-zwieg mill-ewwel ghal vot fil-parlament.

L-MLP imissu jressaq ‘private members bill’ fil-parlament – li tghid li int fl-oppozizzjoni u ma tista’ taghmel xejn huwa veru biss sa certu punt – pass bhal dan ipoggi l-issue dritt fl-organu legislattiv ta’ pajjizna – imbaghad verament kull membru parlamentari jkollu jiehu pozizzjoni fil-pubbliku.

2 Responses to “Divorzju a la Maltija”

  1. Victor Galea Says:

    Jekk ma tantx ghandek x’taghmel…
    Aqra ftit x’kitbitlek Daphne dwar id-divorzju sieheb 🙂

  2. Ralph Cassar Says:

    Haha! Daphne titghawweg kemm tiflah biex tiggustifika l-ipokrezija tal-partit konservattiv li tappogga! 🙂

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s


%d bloggers like this: