Fl-ahhar gimgha ta’ Gunju bghatt ittra ufficcjali bhala Kunsillier biex naghmel xi mistoqsijiet dwar il-gbir ta’ l-iskart separat (karti, metall u plastik) nhar ta’ Tlieta.
F’H’Attard il-gbir sejjer tajjeb, ghalkemm avolja suppost it-Tlieta f’H’Attard suppost jinhareg SKART SEPARAT NADIF BISS f’boroz grizi apposta hemm min ghadu qed johrog skart iehor. DAN L-ISKART M’GHANDUX JINHAREG IT-TLIETA U L-KUNSILL BIS-SAPPORT SHIH TIEGHI UKOLL IDDECIEDA LI SKART IMHALLAT U MAHMUG MA JIGBRUX IT-TLIETA. JIBQA’ HEMM SA L-ERBGHA.
Ha niftehmu car: il-maggoranza kbira tan-nies huma edukati u civilizzati bizzejjed biex jirrealizzaw l-importanza li li skart nadif u separat biss jingabar it-Tlieta – kemm ghal ragunijiet ambjentali u anke ghal ragunijiet ta’ sahha tal-hadiem li jgharblu l-iskart li jingabar. Hemm bzonn nkunu aktar responsabbli u nitghallmu li s-separar ta’ l-iskart huwa vantagg kbir ghalina u ghal pajjizna. Barra minn hekk il-flus iffrankati mill-gbir ta’ skart ‘mahmug’ nhar ta’ Tlieta jista’ jintuza ghal affarijiet ohra. Ftakar li l-flus li jintefqu mill-Kunsill Lokali, tajjeb jew inqas tajjeb huma FLUSNA!
Ghalkemm nemmen li l-gbir tat-Tlieta huwa bidu TAJJEB HAFNA xtaqt aktar informazzjoni dwar xi jsir mill-iskart. S’issa m’ghandhix risposta ghal hafna millmistoqsijiet li saru.
Test ta’ l-ittra:
General Manager
WasteServ
Sinjur,
Bhal ma taf, H’Attard hija l-lokalita fejn ir-residenti l-aktar li qeghdin jikkoperaw u jiehdu sehem b’mod pozittiv hafna fil-programm ta’ separar ta’ l-iskart. Biex inkomplu inzidu l-informazzjoni fuq ir-riciklagg u l-importanza tas-separar ta’ l-iskart bi hsiebna nippubblikaw artiklu ta’ informazzjoni fir-rivista tal-Kunsill.
Jidhrilna li ghandna ninfurmaw lir-residenti kemm nistghu biex inkomplu inhajjruhom jibqghu jikkoperaw. Ghaldaqstant il-Kunsill jixtieq din l-informazzjoni:
- X’inhu l-persentagg ta’ l-iskart kollu li s-soltu jikkonsisti f’karti, metall u plastik?
- Xi kemm tikkalkulaw li qed jingabar minn dan l-iskart minn H’Attard?
- Kif jikkompara ma lokalitajiet ohra kemm f’Malta u anke f’pajjizi meqjusa avvanzati aktar bhall per ezempju l-Germanja?
- Galadarba l-iskart jigi separat mill-Wasteserv, x’isir mill-iskart? Jigi esportat? Fejn? X’isir mill-karti? X’isir mill-plastik? X’isir mill-metall?
- F’liema pajjizi jintbghat l-iskart separat?
- Qed jinstab uzu ghall-iskart jew qed jigi sempliciment mahzun ghalissa?
- Kif qed tigi finanzjata l-iskema? Min huwa l-‘polluter’ li qed ihallas ghall-iskema? L-importaturi tal-prodotti?
Nirringrazzjak bil-quddiem tal-kooperazzjoni tieghek u nispera li nicievi risposta halli nkun nista’ nghaddiha lill-Kunsill.
Ralph Cassar
Kunsillier
H’Attard