Separar ta’ l-iskart nhar ta’ Tlieta … prosit… ejjew intejbu s-sistema

Fl-ahhar gimgha ta’ Gunju bghatt ittra ufficcjali bhala Kunsillier biex naghmel xi mistoqsijiet dwar il-gbir ta’ l-iskart separat (karti, metall u plastik) nhar ta’ Tlieta.

 

 

F’H’Attard il-gbir sejjer tajjeb, ghalkemm avolja suppost it-Tlieta f’H’Attard suppost jinhareg SKART SEPARAT NADIF BISS f’boroz grizi apposta hemm min ghadu qed johrog skart iehor. DAN L-ISKART M’GHANDUX JINHAREG IT-TLIETA U L-KUNSILL BIS-SAPPORT SHIH TIEGHI UKOLL IDDECIEDA LI SKART IMHALLAT U MAHMUG MA JIGBRUX IT-TLIETA. JIBQA’ HEMM SA L-ERBGHA. 

 

 

 

Ha niftehmu car: il-maggoranza kbira tan-nies huma edukati u civilizzati bizzejjed biex jirrealizzaw l-importanza li li skart nadif u separat biss jingabar it-Tlieta – kemm ghal ragunijiet ambjentali u anke ghal ragunijiet ta’ sahha tal-hadiem li jgharblu l-iskart li jingabar. Hemm bzonn nkunu aktar responsabbli u nitghallmu li s-separar ta’ l-iskart huwa vantagg kbir ghalina u ghal pajjizna. Barra minn hekk il-flus iffrankati mill-gbir ta’ skart ‘mahmug’ nhar ta’ Tlieta jista’ jintuza ghal affarijiet ohra. Ftakar li l-flus li jintefqu mill-Kunsill Lokali, tajjeb jew inqas tajjeb huma FLUSNA!

 

 

Ghalkemm nemmen li l-gbir tat-Tlieta huwa bidu TAJJEB HAFNA xtaqt aktar informazzjoni dwar xi jsir mill-iskart. S’issa m’ghandhix risposta ghal hafna millmistoqsijiet li saru.

 

 

 

Test ta’ l-ittra:

 

 

General Manager

WasteServ

 

Sinjur,

 

Bhal ma taf, H’Attard hija l-lokalita fejn ir-residenti l-aktar li qeghdin jikkoperaw u jiehdu sehem b’mod pozittiv hafna fil-programm ta’ separar ta’ l-iskart. Biex inkomplu inzidu l-informazzjoni fuq ir-riciklagg u l-importanza tas-separar ta’ l-iskart bi hsiebna nippubblikaw artiklu ta’ informazzjoni fir-rivista tal-Kunsill.

 

Jidhrilna li ghandna ninfurmaw lir-residenti kemm nistghu biex inkomplu inhajjruhom jibqghu jikkoperaw. Ghaldaqstant il-Kunsill jixtieq din l-informazzjoni:

 

  1. X’inhu l-persentagg ta’ l-iskart kollu li s-soltu jikkonsisti f’karti, metall u plastik?
  2. Xi kemm tikkalkulaw li qed jingabar minn dan l-iskart minn H’Attard?
  3. Kif jikkompara ma lokalitajiet ohra kemm f’Malta u anke f’pajjizi meqjusa avvanzati aktar bhall per ezempju l-Germanja?
  4. Galadarba l-iskart jigi separat mill-Wasteserv, x’isir mill-iskart? Jigi esportat? Fejn? X’isir mill-karti? X’isir mill-plastik? X’isir mill-metall?
  5. F’liema pajjizi jintbghat l-iskart separat?
  6. Qed jinstab uzu ghall-iskart jew qed jigi sempliciment mahzun ghalissa?
  7. Kif qed tigi finanzjata l-iskema? Min huwa l-‘polluter’ li qed ihallas ghall-iskema? L-importaturi tal-prodotti?

 

Nirringrazzjak bil-quddiem tal-kooperazzjoni tieghek u nispera li nicievi risposta halli nkun nista’ nghaddiha lill-Kunsill.

 

 

 

Ralph Cassar

Kunsillier

H’Attard

One Response to “Separar ta’ l-iskart nhar ta’ Tlieta … prosit… ejjew intejbu s-sistema”

  1. Ralph Cassar Says:

    Fit-8 ta’ Awwissu ircevejt twegiba ghall-mistoqsijiet t’hawn fuq. Zgur li huma ta’ interess ghal dawk kollha minna li jinteressana r-riciklagg. Fi ftit granet ohra npoggi t-twegibiet tal-Wasteserv fuq dan il-blog. Nirringrazzja lill-Wasteserv talli gentilment wiegbu kull mistoqsija.

    Ralph Cassar

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s


%d bloggers like this: