Archive for September, 2008

Ralph Cassar isejjah ghal energija nadifa f’H’Attard

September 15, 2008

Mozzjoni ipprezentata lill-Kunsill Lokali ta’ H’Attard ghal konsiderazzjoni tal-Kunsill. L-awtoritajiet pubblici ghandhom jaghtu l-ezempju fil-glieda kontra t-tniggis u konra t-tibdil fil-klima. Kull qatra tghodd!

Ralph

MOZZJONI: Energija nadifa u efficjenza akbar ghall-bini amministrattiv gdid

 

Peress li hareg il-permess ghal bini ta’ ufficcji amministrattivi tal-Kunsill Lokali ta’ H’Attard;

 

Peress li l-Kunsill Lokali jista’ jissellef il-fondi mehtiega ghal dan il-progett bil-pagament jinfirxu fuq numru twil ta’ snin;

 

Peress li l-Kunsill Lokali huwa konxju mill-bzonn ta’ konservazzjoni ta’ energija;

 

Peress li l-Kunsill Lokali bhala entita ta’ l-istat ghandu d-dmir li jaghti l-ezempju u jaghmel l-ahjar uzu minn fondi pubblici biex jippromwovi apparat li jnaqqas it-tniggis;

 

Peress li l-pajjiz ghandu jibda jfittex sorsi differenti ta’ energija u peress li kull komunita lokali ghandha taghmel il-parti taghha biex jintlahqu l-miri stabbiliti mill-Unjoni Ewropea ghall-uzu ta’ energija alternattiva dan il-Kunsill jirrisolvi li l-progett ta’ bini ta’ l-ufficcji tal-Kunsill ghandu jinkludi:

 

L-installazzjoni ta’ taghmir li jsahhan l-ilma permezz tax-xemx (solar water heater);

 

L-installazzjoni ta’ pannelli fotovoltaici li jiggeneraw l-elettriku biex jipprovdu l-massimu ta’ energija possibbli li jippermetti l-bejt tal-bini u bit teknologija l-aktar idonea fil-mument ta’ l-installazzjoni;

 

Il-bozzoz kollha fil-bini u fuq barra tal-bini ghandhom ikunu ‘energy saving’;

 

Il-bini ghandu jsir bl-ahjar mod possibbli biex tigi kkonservata l-energija;

 

Is-self li jsir ghandu jiehu in konsiderazzjoni l-ispejjez ta’ l-apparat imsemmi f’din il-mozzjoni biex ikun zgurat li l-Kunsill ikollu access ghall-fondi mehtiega kmieni fil-process;

 

Is-Segretarju Ezekuttiv ghandha taghmel l-arrangamenti kollha biex jingiebu l-pariri teknici kollha mehtiega biex jigi ffrankat l-akbar ammont ta’ elettriku u jigi iggenerat l-aktar ammont ta’ elettriku possibbli ghal dawn l-ufficcji. Ghaldaqstant ghandu jsir ‘energy audit’ tal-pjanijiet u l-pjanti ezistenti minn esperti fil-qasam qabel jibda l-bini.

 

 

Ralph Cassar

Proponent

11/09/08

 

 

Sekondant (il-mozzjoni intbghatet lis-Segretarju Ezekuttiv biex tghaddiha lill-Kunsilliera l-ohra u tara min jixtieq jissekonda)