Archive for October 2nd, 2008

Back to Black

October 2, 2008

‘Back to Black’ – mid-dehra l-Gvern (=il-PN) qed jerga jhoss il-bzonn li jikkonferma l-ultra-konservattivizmu tieghu … filwaqt li jinkoraggixxi l-konsumizmu sfrenat u l-materjalizmu fejn il-flus u l-profitt huma l-allat il-kbar tieghu, fejn jidhlu l-ghazliet taghna l-adulti irid jindahal fejn ma jesghux u jittrattana kollha ta’ vavi f’isem ‘il-valuri tal-Maltin’. Retorika leminija u konservattiva fejn il-politiku jippretendi li jirraprezenta lil kulhadd u l-valuri ta’ kulhadd.

It-Times illum irrapurtat li John Dalli irid jara kif proposta ghal direttiva Ewropea kontra d-diskriminazzjoni tista’ taffettwa l-‘valuri tal-Maltin’. X’qed jghid Dalli? Li niddiskriminaw kontra xi hadd ghax xi hadd iehor jiddarras bl-istil ta’ hajja tieghu? Ghax xi hadd jghix ma xi hadd izda mhux mizzewweg per ezempju? Ghax zewgt irgiel jew zewgt nisa jiddeciedu li jghixu flimkien? Ghax xi hadd huwa ‘single-mother’? … jista’ jkun li hekk ghax il-konservattivi ma jitkazawx bl-ispekulazzjoni finanzjarja, bis-serq ta’ art pubblika, jew l-ghoti taghha lil xi bazuzlu biex jibni xi lukanda. Ma jitkazawx b’min qed jaghmel profitt billi jhallas lill-haddiema karawett, jekk ma jimpjegax xi immigrant biex itieh xi 50 centezmu kuljum ukoll. Le jitkazaw b’hajjet haddiehor; jhossu li ghandhom id-dritt li jippontifikaw fuq is-suppost valuri ‘tajba’.

John Dalli: Kun aktar car dwar xi trid.