Ghaddi lil shabek!
Ghaddi lil shabek!
Nissoponi bhal hafna persuni ohra, qabel l-elezzjoni ta’ Marzu 2008 ircevejt ittra fuq il-letterhead tal-Prim Ministru. Din l-ittra kienet indirizzata lil dawk kollha li jahdmu fl-industrija ta’ farmacewtika. Kienet tghid kemm ghandi nhossni grat lejn Gonzi u tghidli biex nivvota PN.
Il-mistoqsijiet huima hafna:
1. Il-letterhead ufficjali tal-Prim Ministru ghandha tintuza ghal ittra ta’ propaganda tal-PN?
2. Min hallas ghal dawn l-ittri? Jekk hallas il-PN allura issa l-PN qed ihallas korrispondenza fuq letterheads ufficjali tal-Prim? Min bghatha l-PARTIT jew l-iSTAT? Jew m’hemmx differenza!?
3. Minn fejn gab id-data ta’ fejn nahdem il-Prim Ministru biex tintbghat ittra ta’ propaganda? Id-database ta’ l-ETC, tas-sigurta socjali (tal-bolla) jew tad-dipartiment tat-taxxi interni s-soltu jkollha informazzjoni fuq fejn jahdmu u x’jaghmlu n-nies. Kieku isem u indirizz facli jakkwistah kulhadd ghax ikun publikat fir-registri elettorali li huma pubblici…imma fejn nahdem!? Igifieri, nistaqsi, il-Prim Ministru u l-PN qed ikollhom access ghal data ta’ dipartimenti tal-gvern biex jaghmlu propaganda ghall-PN?
4. X’inhi d-differenza bejn Stat u PN? Jekk insemmi l-ezempji fejn din id-differenza sparixxiet malajr jigu quddiem ghajnejja stati totalitarji … imma Malta hadd ma jaghmel ghageb minn dawn l-affarijiet, qisu xejn m’hu xejn!
Ralph Cassar
Nota #1: Fost inizjattivi fuq livell lokali bhala kunsillier ta’ AD f’H’Attard, dan l-ahhar komplejt ninsisti fuq il-bzonn ta’ tiswija u manutenzjoni ta’ Pjazza Tuma Dingli. Gejt imwieghed li sa l-ahhar ta’ din is-sena issir it-tiswija mehtiega. Inizjattiva zghira ohra huma tabelli vicin hwienet u postijiet fejn jingabru n-nies jitolbuhom ma jhammgux u ma jaghmlux storbju ghal xejn. Inizjattiva zghira li hemm bzonn naraw kif nizviluppawha aktar.
Nota #2: Haga ohra li ghamilt hija li flimkien mal-gardinara u ma’ l-espert Alfred Baldacchino dorna ftit naraw x’titjib jista’ jsir. Tekllimna fuq tahwil ta’ sigar Maltin. nispera li fi ftit gimghat ohra inkun nista’ nhabbar programm gdid ghar-residenti ta’ H’Attard li jixtiequ jkabbru s-sigar biex jintuzaw f’postijiet pubblici.
Nota #3: Wara li ftit xhur ilu saret ‘rack’ ghar-roti hdejn l-HQ tal-Girl guides u l-iscouts, tlabt li jsiru aktar minnhom, specjalment issa li ghandu jkun hemm incentivi biex ir-roti jintuzaw aktar. L-argumnt tieghi u ta’ Alternattiva Demokratika – The Green Party huwa li l-incentiv fuq tnaqqis fil-prezzijiet ghandu jgun mzewweg ma infrastruttura li thajjar lil dak li jkun juza r-rota fit-toroq taghna. Il-parti zghira taghna, jien u shabi Michael Briguglio u John Michael Mizzi fil-kunsilli lokali rispettivi taghna qed nippruvaw naghmluha. hemm bzonn inizjattivi fuq skala nazzjonali ukoll.
Nota #4: Il-linja tal-ferrovija f’H’Attard ghadha fi stat dizastruz!
Nota #5: Wara li saru laqghat mal-MEPA dwar il-barrieri ta’ Wied Incita hareg car li hemm enforcement notices, uhud minnhom hargu fl-1994, li ghadhom wara 14-il sena shah, ma gewx infurzati. MEPA jekk joghgobkom hudu azzjoni illum qabel ghada!
Ralph Cassar
racas@waldonet.net.mt