Archive for November 17th, 2008

Fejn jieqaf il-PN u fejn jibda l-Gvern!?

November 17, 2008

Nissoponi bhal hafna persuni ohra, qabel l-elezzjoni ta’ Marzu 2008 ircevejt ittra fuq il-letterhead tal-Prim Ministru. Din l-ittra kienet indirizzata lil dawk kollha li jahdmu fl-industrija ta’ farmacewtika. Kienet tghid kemm ghandi nhossni grat lejn Gonzi u tghidli biex nivvota PN.

Il-mistoqsijiet huima hafna:

1. Il-letterhead ufficjali tal-Prim Ministru ghandha tintuza ghal ittra ta’ propaganda tal-PN?

2. Min hallas ghal dawn l-ittri? Jekk hallas il-PN allura issa l-PN qed ihallas korrispondenza fuq letterheads ufficjali tal-Prim? Min bghatha l-PARTIT jew l-iSTAT? Jew m’hemmx differenza!?

3. Minn fejn gab id-data ta’ fejn nahdem il-Prim Ministru biex tintbghat ittra ta’ propaganda? Id-database ta’ l-ETC, tas-sigurta socjali (tal-bolla) jew tad-dipartiment tat-taxxi interni s-soltu jkollha informazzjoni fuq fejn jahdmu u x’jaghmlu n-nies. Kieku isem u indirizz facli jakkwistah kulhadd ghax ikun publikat fir-registri elettorali li huma pubblici…imma fejn nahdem!? Igifieri, nistaqsi, il-Prim Ministru u l-PN qed ikollhom access ghal data ta’ dipartimenti tal-gvern biex jaghmlu propaganda ghall-PN?

4. X’inhi d-differenza bejn Stat u PN? Jekk insemmi l-ezempji fejn din id-differenza sparixxiet malajr jigu quddiem ghajnejja stati totalitarji … imma Malta hadd ma jaghmel ghageb minn dawn l-affarijiet, qisu xejn m’hu xejn!

Ralph Cassar