Archive for December 13th, 2008

H’Attard: Dan x’zvilupp hu!?

December 13, 2008

Hemm bzonn revizjoni tal-Pjan Lokali ta’ Malta Centrali. Il-pjan kif inhu bhalissa qed johloq problemi kbar.

Wara li saret il-konsultazzjoni dwar l-abbozzi tal-Pjanijiet Lokali lura fis-sena 2000, kien hemm xi zidiet mal-pjan li bihom inbiddlu l-affarijiet b’mod sostanzjali. Ewlenin fost dawn iz-zidiet kien hemm tibdil fl-gholi tal-bini – ‘rezoning’. Il-Pjan Lokali ta’ Malta Centrali (li jinkludi H’Attard) gie fis-sehh fl-2006 wara li approvah il-Ministru inkarigat, li dak iz-zmien kien George Pullicino. Nimmagina li l-Ministru kien approva l-pjan bil-barka tal-kabinett. L-Ufficjal tal-Verifika tal-MEPA ikkonkluda li ma kienx hemm konsultazzjoni adegwata fuq it-tibdil fiz-zoni fejn ikun permess bini gholi. L-Ombudsman fl-2007 talab biex il-process tal-konsultazzjoni ikun aktar car u li ghandu jkun hemm perjodu xieraq ta’ konsultazzjoni meta jkun hemm tibdiliet sostanzjali dan it-tibdil kien jirrikjedi konsultazzjoni precizament fuq it-tibdiliet. (rif: http://www.ombudsman.org.mt/index.asp?pg=CL_Apr07)

Huwa sostenibbli li minn dar jew tnejn li fihom kienu joqghodu massimu ta’ 8 persuni jinbnew postijiet fuq l-istess art li b’xi mod jiddeffsu fihom 40 persuna?

Huwa sostenibbli li jinbnew binjiet li jissejjhu ta’ tlett sulari imma fil-fatt ikunu jinkludi ‘semi-basement’ u ‘penthouse’? Dawn it-tip ta’ binjiet ifissru li anke min jghix fihom ma jkollux access ghal bejt jew spazju fejn jinstalla imqar ‘solar water heater’. Kif nistghu nhajjru n-nies jinvestu f’apparat li jghinhom inaqqsu l-uzu ta’ l-elettriku meta qed jigi permess dan it-tip ta’ bini? Dan biex ma nsemmix il-girien li jispiccaw f’dell perpetwu minhabba l-gholi tal-bini ta’ hdejhom. Is-‘semi-basement’ ifisser ukoll li ma jithaffirx bir – bil-konsegwenza li jew l-ilma nadif tax-xita jintrema fid-dranagg jew jispicca fit-toroq. L-istat tat-toroq meta taghmel naqra xita kulhadd jafhom. Minflok intaffu l-problema billi nigbru l-ilma tax-xita ghandna sitwazzjoni fejn jigu permessi binjiet li ma jkollhomx possibilta ghal bir. Il-politika tal-‘penthouses’ u s-‘semi-basements’ ghandha tigi riveduta mill-aktar fis possibbli.

Dan it-tip ta’ zvilupp intensiv m’hemmx htiega ghalih. Qed jolqot lil girien u l-lokalita taghna b’mod negattiv u johloq pressjoni kbira fuq l-infrastruttura.

Nitlob li process ta’ konsultazzjoni ghandu jibda malajr kemm jista’ jkun. Nappella lill-Prim Ministru bhala l-Ministru inkarigat biex ma jirrepetix l-izball li sar fl-2006 meta gew approvati pjanijiet lokali li huma fl-interess tal-ftit u mhux fl-interess tal-komunita. Nappellalu jisma’ mir-residenti u jilqa’ t-talba ghal revizjoni fil-pjan lokali. Il-pjanijiet lokali kif approvati mill-Ministru fl-2006 m’humiex iharsu l-interessi tar-residenti u l-principji ta’ zvilupp sostenibbli.

Nappella lir-residenti jaghmlu s-sottomisjonijiet taghhom. Huwa biss bil-partecipazzjoni taghhom li nistghu naslu ghal xi tip ta’ soluzzjoni fl-interess tal-komunita ta’ Ħ’Attard.

Ralph Cassar
Kunsillier Ħ’Attard (AD – The Green Party)