Archive for February 21st, 2010

Xejn gdid…

February 21, 2010

L-attakki fuq min iddecieda li jiehu sehem f’dimostazzjoni imsejjha minn 12-il union il-Belt fit-28 ta’ Frar ikomplu. Ovvjament in-NET u l-PN iwaqqghu lil kulhadd ghaz-zufjett bhas-soltu. Il-UHM, biex inkun ezatt Gejtu Vella johrog fuq l-attakk. Mill-GRTU ma tistenniex ahjar, ir-rabta stretta tal-President taghhom Paul Abela u ta’ Vince Farrugia mal-PN kulhadd jafha hux?

Ahna tal-AD iddecidejna li niehdu sehem ghax ahna konsistenti – it-traskuragni fil-qasam tal-energija minn dan il-gvern hija ovvja. Minflok ippjanar fuq numru ta’ snin qed ikollna decizjonijiet minhabba li issa vera wasalna fil-qiegh f’dan is-settur.

Ovvjament il-kritika se tkun li se jiehdu sehem il-Partit Laburista u l-GWU fid-demostrazzjoni. Ovvjament dawn ghandhom ir-ragunijiet taghhom ghalfejn jiehdu sehem. Dak jarawh huma. ‘Bully for them’! Minhabba fihom ma tiehux sehem l-AD? U l-MUT, l-MUMN u l-unions l-ohra? ‘Laburisti’ dawn ukoll?M’ghandhomx id-dritt juru u jesprimu l-opinjoni taghhom? Min jesprimi ruhu fuq din l-issue u kull issue ohra fejn ma jaqbilx mal-Gvern ‘laburist’? Mentalita tribali, miskina u pwerili ta’ pajjiz fejn id-demokrazija ghadha sotto-zviluppata.

Il-UHM ma kenitx tiehu sehem f’attivitajiet tal-Moviment Iva li kien jigbor fih diversi ghaqdiet u partiti favur is-shubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea? Igifieri ghax kien hemm ukoll il-Partit Nazzjonalista dakinhar ma jimpurtax? Anke l-AD kienet hemm ghax ahna niddeciedu fuq l-issues u mhux fuq l-ucuh kif jaghmel haddiehor.

Il-battibekki dwar ‘bicca’ dimonstrazzjoni juru kemm ghadna verament lura f’dal-pajjiz. Qed nuza ‘bicca’ mhux b’mod dispregjattiv izda ghax vera nahseb li min ifettaq fuq dawn l-affarijiet qed jinhela f’argumenti pwerili u infantili. Ghadna u se nibqghu bil-mentalita ta’ tribu. Il-pajjiz tat-‘two weights and two measures’. Il-pajjiz fejn il-Prim Ministru jissejjah ir-re mill-membri parlamentari Nazzjonalisti stess. Il-pajjiz fejn it-tghajjir bhal tat-tfal f’xi playground jiddomina x-xena.