Tort ta’ min?

Ħafna nies għadhom ma ndunawx li f’sis­te­ma fejn jiddominaw żewġ partiti li bejniethom kapaċi jiddominaw kollox, fl-aħħar mill-aħħar jispiċċaw huma stess li jbatu b’xi mod jew ieħor. Kien hemm mumenti u jibqa’ jkun hemm mumenti fejn nies b’opinjonijiet differenti jħallu ċertu impatt.

Hemm lista sħiħa ta’ impatti pożittivi li ħalliet l-Alternattiva Demok­ra­ti­ka kemm fuq livell lokali, kemm nazzjonali, kif ukoll inter­nazzjonali. Konvint li dawn il-mumenti jibqgħu, sa­kemm jib­qa’ nies li lesti, minkej­ja d-dif­fikultajiet u l-intoppi, jitkellmu, jaħdmu u jistinkaw kontra l-kurrent għall-ideali tagħ­hom. Xi ħaġa li ma tantx tisma’ biha dan iż-żmien fejn bosta nies lanqas jafu xi tfisser li taħdem b’xejn u mingħajr ħlas.

Li hemm bżonn u li għadu ma ġarax hija żvolta lejn plu­raliżmu veru bħala parti intrinsika u essenzjali tas-sistema de­mokratika ta’ pajjiżna. Ovvjament kemm il-Partit Nazzjonalista, kif ukoll il-Partit Laburista jinteressahom li jħallu l-affari­jiet kif inhuma. Li niskanta huwa b’ċerti nies li ma jindunawx kemm il-vot tagħhom jista’ jħal­li effett. Nieħu eżempju b’nies minn Tas-Sliema li bir-raġun jitkellmu u jiktbu fuq kif żdied it-tniġġis u t-traffiku, u kif Tas-Sliema nqerdet u qiegħda tinqered bi żvilupp bla rażan. Ngħidha b’wiċċi minn qud­diem, jekk dawn l-istess nies ivvotaw u jiv­votaw għall-politiċi minn partit li fil-gvern approva skemi u pjani li ppermettew dan kollu allura naż­żarda ngħid għand­hom parti kbi­ra mit-tort għal dak li ġara u qed jiġri.

B’wiċċi minn quddiem ngħid ukoll li kienet u għadha l-AD biss li tkellmet bla kantunieri kontra l-mod kif inbidlu l-pjani lokali u kif ġew estiżi ż-żoni ta’ żvi­lupp. Il-Partit Laburista kien żamm kwiet rigward din il-kwistjoni. Anzi kien hemm Mem­bri Parlamentari Laburisti li talbu li biċċiet ta’ art ’l hemm u ’l hawn jiż­diedu maż-żoni ta’ żvilupp.

Post ieħor fejn qed jiġri sfreġ­ju sħiħ minn meta l-Gvern biddel il-pjani lokali u wessa’ ż-żoni ta’ żvilupp huwa Ħ’At­tard. Postijiet oħrajn li jiġu f’moħħi huma s-Swieqi u l-Iklin. Dan l-aħħar kellna ittra ffirmata minn kandidati Nazzjo­nalisti jilmentaw dwar bini fil-Madliena. Il-mistoqsija toħ­roġ waħedha. Min hemm fil-Gvern? Tort ta’ min qed jiġri dan kollu? Dawn in-nies qegħdin jappoġġjaw partit li wassal għall-isfreġ­ju li qegħdin jilmentaw fuqu. Vera d-dinja ta’ taħt fuq.

Ġrajja li ġrat dan l-aħħar u li tibqa’ tikkonfermali kemm għan­dna bżonn ideat differenti biex ikun hemm diskussjoni ħajja u vera, huwa l-każ tat-tonn.

Fil-Parlament Ewropew kemm id-Deputati Laburisti, kif ukoll dawk Nazzjonalisti vvo­­taw, f’minoranza, l-istess – biex jiddefendu l-multinazzjo­nali tat-tonn għas-skapitu tagħna lkoll. Iddeċidew li jiddefendu lis-sinjuruni – xejn ġdid. Li jrid jifhem kulħadd hu li fejn għandek it-teħid ta’ riżors natu­ra­li – f’dan il-każ tat-tonn – bilfors li fl-aħħar mill-aħħar irid ikun hemm kontrolli stretti, għax tie­ħu tieħu, fl-aħħar tis­piċ­ċa b’xejn. F’dan il-każ, bejn Simon Busuttil u John Attard Mon­talto m’hemmx x’tagħżel. L-ambjentaliżmu ta’ Busuttil kien, għadu u jibqa’ duħ­ħan.

info@alternattiva.org.mt

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s


%d bloggers like this: