Archive for August 13th, 2010

Il-festa t-tajba, riciklagg u l-ferrovija…

August 13, 2010

Nofs is-sajf. Hafna qeghdin bil-vaganzi.

Dis-sena bhas-sena l-ohra ergajt insistejt biex terga ssir l-iskema ta’ gbir ta’ skart separat waqt il-festa f’H’Attard. Flimkien mal-GreenPak il-hwienet u l-barijiet fiz-zona fejn issir il-festa (‘r-rahal antik’) gew pprovduti b’ricipjenti apposta u bi spjegazzjoni dwar kif ghandhom jisseparaw l-iskart – fliexken, plastik, hgieg, metall. Gew ipprovduti bins ukoll f’punti partikolari madwar it-toroq. Vera, H’Attard m’hawnx xi festa kbira fl-ammonti ta’ nies li jattendu, izda programm bhal dan ikompli iwassal il-messagg li ahna lkoll responsabbli ghall-iskart li niggeneraw. L-istess skema se ssir ukoll waqt lejla kulturali ‘Lejl ghat-tard’ fl-4 ta’ Settembru.

Inizjattiva ohra li hrgit biha hija l-jigu provduti bring-in-sites ghall-hgieg biss (ma dawk diga ezistenti ghall-metall, plastik etc.) peress li l-hgieg ma jingabarx minn wara l-bibien. Issa qed jingabru kwazi elfejn kilo hgieg fil-gimgha minn H’Attard: anqas skart fil-mizbla u anke anqas spejjez ghalina li nhallsu t-taxxi.

Inizjattiva ghal preservazzjoni tal-wirt storiku li ili nishaq fuqha fl-ahhar bdejna bl-ewwel pass zghir. Qed nitkellem dwar il-linja tal-ferrovija – l-unika struttura li ghad fadal f’Malta ta’ dan it-tip (bl-ingliz: embankment). L-uniku mod li nimxu huwa li nfittxu fondi minn barra l-budget normali tal-Kunsill. Bhala l-ewwel pass ipproponejt li jsir pjan ta’ restawr b’stima tal-ispiza. B’hekk ikollna f’idejna l-informazzjoni necessarja biex nippruvaw ingibu fondi ghal dan il-progett importanti. Il-proposta tieghi intlaqghet unanimament.

Il-festa t-tajba u tislijiet.