Noti fuq H’Attard…

Ili ma nikteb xi haga dwar ix-xoghol tieghi bhala kunsillier f’H’Attard.

Xoghol li baqa’ ghaddej tul dawn l-ahhar snin huwa dwar il-problemi li qed tohloq il-barriera f’Wied Incita. Sfortunatament m’ghandniex ligijiet li jirregolaw l-operat tal-barrieri fejn jidhlu trabijiet fl-arja. Il-Gvern baqa’ ma ccaqlaqx fuq din il-kwestjoni u qed ihalli r-residenti jiffaccjaw l-inkonvenjenti kbar minn industrija li ftit li xejn jinteressaha illi topera bi prattici tajba. L-ghan ahhari tieghi huwa li jibda l-process ta’ rijabilitazzjoni tal-barriera u li l-art pubblika terga tghaddi f’idejn il-pubbliku (igifieri f’idejn l-istat) u terga lura fl-istat naturali, possibilment masgar li jipprovdi pulmun ta’ arja nadifa ghall-komunita kollha ta’ H’Attard u l-inhawi. Wied Incita hemm bzonn insalvawh.

Dan l-ahhar ukoll rajt li jithawwlu sigar u xtieli endemici fi Gnien Misrah Kola u Gnien l-Istazzjon, fejn kien hemm xi spazju vojt. Fi Gnien l-Istazzjon thawwlu sigra tar-rihan u tal-alaternu. L-iskop tieghi huwa li nvarjaw kemm nistghu t-tipi ta’ sigar f’H’Attard. Hemm ukoll raguni prattika: sigaru xtieli Maltin huma addattati ghall-klima taghna.

Fi Gnien Misrah Kola fuq suggeriment tieghi saru ‘play equipment’ ghat-tfal. B’hekk dal-gnien sabih iservi ukoll ta’ ‘harga rikreattiva’ ghall-familji tal-inhawi li ghandhom tfal zghar.

Dan l-ahhar ukoll twaqqaf ‘Attard Volley’ – tim tal-volleyball. Min huwa interessat (s’issa tim tal-guvintur twaqqaf), jista’ jikkuntattjani u nghaddilu l-informazzjoni ta’ kif jista’ jibda jitharreg fil-volleyball.

Suggett iehor li ninsisti hafna fuqu hija s-sistema ta’ riciklagg – ninsisti li kull tant zmien jintbghat fuljett informattiv ifakkar lir-residenti juzaw il-bring-in sites b’mod tajjeb, u li t-tlieta f’H’Attard jingabar skart nadif ghar-riciklagg biss. Minjkejja xi problemi ‘l hemm u ‘l hawn frott ta’ egoizmu li johloq inkonvenjenza ghar-residenti (ezempju min jarmi iz-zibel madwar il-bring-in sites) kollox ma kollox s-sistema qed tahdem sew u r-residenti ta’ H’Attard jiksru r-rekord tal-aktar residenti konxji tal-bzonn li jirriciklaw l-iskart.

Progett long-term li ili nipprepara u naghmel pressjoni fuqu u li issa flimkien ma kollegi ohra tieghi se nippruvaw naghmlu passi konkreti dwaru huwa r-restawr ta’ bicca arkitettura industrijali importanti – l-linja tal-ferrovija f’H’Attard. Iltqajt mal-unit tal-MEUSAC (agenzija tal-Gvern dwar l-UE) li jghin lill-Kunsilli Lokali japplika ghal fondi tal-UE. Se jithejja pjan minn perit espert u anke se nitolbu lill-Gvern jaghti l-linja f’idejn il-Kunsill. Nisperaw li nimxu.

Progett li shaqt hafna fuqu imma sfortunatament jinsab wieqaf huwa l-Gnien ta’ Hal-Warda. Instab qabar Puniku u kellhom jinbidlu l-pjanti. Il-burokrazija fissret li x-xoghol kellu jieqaf. Nispera li jerga jibda ma jdumx. Se jitwahhal outdoor gym equipment f’dan il-gnien, u issa l-qabar Puniku joffri attrazzjoni ohra li ghandha tkun ta’ interess ghal hafna minna li napprezzaw l-istorja ta’ pajjizna.

Ghalkemm ghaddew xaharejn u fuqhom ma nistax ma nsemmix l-artisti li hadu sehem fil-lejla kulturali ‘Lejl ghat-Tard’ f’Settembru. L-artisti tal-muzika klassika, kollha minn H’Attard taw kuncert inkredibbli. Il-Banda La Stella Levantina daqqet siltiet stil ‘big band’, xi haga mhux mistennija minn banda. Ir-residenti ta’ H’Attard li kellmuni apprezzaw hafna din l-attivita u huma ghatxana ghal aktar.

Forsi dak li ktibt fuqu ma jinteressakx, pero lili jtini sodisfazzjon kbir li bil-ftit tieghi u anke l-ideali u l-principji li nhaddan, jghinuni naghmel differenza fil-mod kif tigi amministrata l-komunita ta’ H’Attard – ‘politics in action’, fis-sens tajjeb tal-kelma.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s


%d bloggers like this: