Archive for February 20th, 2011

Gonzi jħammar wiċċ Makjavelli

February 20, 2011

MakjaGonzi?

Illum Lawrence Gonzi mar sal-Kazin Nazzjonalista ta’ H’Attard kompla jikkonferma li mhux vera li huwa mexxej li jemmen f’stil gdid ta’ politika. Fis-soltu battibekki kretini bejn l-Labour u l-PN, Gonzi qalilna li ‘fiz-zmien opportun’ se jghidilna ghaliex il-mistoqsija ta’ referendum probabbli fuq id-divorzju m’ghandhiex tkun dwar il-ligi mressqa fil-Parlament minn Deputat Nazzjonalista. Ovvjament fil-glieda tribali ta’ pajjizna importanti hafna li jwahhal f’Muscat. M’inix interessat f’dan il-loghob tal-vavi li jiehu gost bihom hafna Lawrence Gonzi u l-akkolti tieghu, bhal ma jinteressanix mill-emails u messaggi minn xi erbgha Laburisti iffissati li kitbuli li jmissni nisthi nikkontradixxi lill-‘kbir u gharef mexxej’. Tiskanta kif ‘bicca’ blog iqajjem reazzjonijiet ta’ rabja fis-suldati tal-landa tal-partiti l-ohra.

L-ahjar haga kienet tkun li l-pozizzjoni ta’ kull partit dwar suggett li ilu gej u sejjer fuq l-agenda tal-pajjiz ghal dawn l-ahhar decennji, tkun cara u msemmija fil-manifesti rispettivi. Hlief AD, l-ohrajn qatt ma kellhom il-bajd li jaghmlu hekk. Dwar in-nuqqas ta’ sinsla tal-Partit Laburista, li qed jirriskja jaghti rebha f’referendum lill-konservattivi li ma jimpurthomx mill-wegghat tan-nies, diga ktibt. In-Nazzjonalisti min naha l-ohra ghamlu snin twal jilghabu biss ghall-gallarija. Fit-tmeninijiet saru moviment nazzjonali li gabar lil hafna nies taht l-umbrella taghhom kontra l-eccessi ta’ Mintoff. Ovvjament dan swielhom ta’ vantagg kbir elezzjoni wara ohra. It-tahwid fid-distretti u sistema elettorali zoppa kompliet tghinhom. Minn din il-kwestjoni tad-divorzju izda, iz-zejt tela’ f’wicc l-ilma: minkejja l-kitba tal-apologisti, minkejja t-teatrini ta’ xi zewg attivisti Nazzjonalisti, issa huwa car daqs il-kristall li l-Partit Nazzjonalista huwa l-partit tal-konservattivi, ta’ dawk li jridu jilhqu salib haddiehor. Min jghid li l-PN mhux konservattiv ghandu bzonn jqum mir-raqda.

 Ovvjament fl-istil konservattiv, fejn jidhlu l-flus jaghlqu ghajnejhom it-tnejn: jaghtu vantaggi finanzjarji lil-kumpaniji tal-loghob tal-azzard fuq l-internet, kandidat taghhom jirraprezenta kumpanija li tigbor il-flus tas-siti pornigrafici, hawdu tahwida meta hallew hwienet tal-loghob jinbtu bhal faqqiegh madwar il-pajjiz kollu, jimxu b’pass ta’ nemla fuq suggetti bhal childcare, tishih ta’ strutturi li jippromwovu l-fostering ta’ tfal li ghandhom bzonn familja li thobbhom ecc. Lawrence Gonzi gie H’Attard. Il-parti l-kbira tan-nies fil-kazin kienu l-entourage tieghu. Il-parti l-kbira tan-nies ta’ H’Attard huma nies li jahsbu b’mohhhom, ovvjament dawn ma kienux hemm.

Il-priedki tal-Prim, patronizzanti qiesu qed ikellem lit-tfal zghar huma insult – l-adulti jafu jahsbu b’rashom. Imma Lawrence jigi jaqa’ u jqum. Il-manuvri tieghu dwar id-divorzju ihammru wicc Makjavelli. Il-Maltatoday ikkwotat ukoll mid-diskors ta’ David Casa. Tant kien patetiku li lanqas haqq l-energija biex nikkritikah m’ghandi!

Fl-istess hin, waqt li ghaddej tat-tahwid kollu, il-Lawrence Gonzi u l-partit tieghu qed jahdmu fuq ligi tal-koabotazzjoni. L-ipokrezija ta’ dawn in-nies ma titwemminx. Fl-ahhar minn l-ahhar dawn it-tip ta’ politici iridu n-nies.

PLPN: Il-partiti konservattivi Maltin…

February 20, 2011