Archive for March 7th, 2011

APPLIKAZZJONI BARRIERA WIED INCITA Ħ’ATTARD – PA/03643/10

March 7, 2011

Insalvaw Wied Incita

Issa c-cans li nuru l-oppozizzjoni taghna ghall-isfregju f’Wied Incita f’Ħ’Attard. Intefghet applikazzjoni lill-MEPA biex dak li qed isir issa jkollu l-barka tal-MEPA. Il-karrotta hija ‘golf course’. Imma l-applikazzjoni tinkludi hafna aktar. Jien nghid li l-ewwel qabel biss tigi kkunsidrata l-applikazzjoni ghandha tibda r-rijabilitazzjoni tal-art, haga li suppost is-sidien MARBUTIN li jaghmlu. Minflok muntanji ta’ terrapien hemm.

Is-sidien tal-barriera suppost marbutin li kull zona fil-barrieri ezawrita mit-tqattiegh tigi rijabilitata lura ghall-istat originali taghha. Dan qatt ma sar. Barra minn hekk hemm fabbrika tal-‘bricks’ illegali u lista shiha ta’  illegalitajiet li qatt ma gew mwaqqfa. It-terrapien li jiddahhal fil-barrieri qieghed jitqieghed f’munzelli kbar u gholja. Ma hemm l-ebda kontroll tat-trabijiet. Minkejja l-paroli tal-Gvern ma hemm l-ebda ligi li tirregola l-prattici fil-barrieri – lanqas dawk li huma ftit metri ‘l boghod mir-residenzi.

Il-MEPA lanqas ghandha biss tiddiskuti l-applikazzjoni sakemm is-sidien ma jirregolawx il-pozizzjoni taghhom. Art pubblika ghandha tintradd lura lill-pubbliku. Il-preferenza tieghi hija li Wied Incita jigi rijabilitat b’mod professjonali .ghas-spejjes tas-sidien tal-barriera kif stipulat fil-licenzja li harget fis-sittinijiet. Hemm fejn isir buskett iehor. Diga hemm periklu li l-gnub tal-wied jisfrundaw minhabba tqattiegh vicin hafna l-gnub. L-ewwel prijorita tal-MEPA ghandha tkun is-salvagwardja tal-ftit wirt naturali mbiccer li baqa’. Il-prijorita assoluta hija li l-art li tqatta’ l-gebel kollu minnha tigi rijabilitata u li t-terrapien jintuza ghall-irdim b’mod ikkontrollat.

Dan il-kaz huwa cans biex il-MEPA turi li trid tirregola l-barrieri bis-serjeta. Nistedinkom taghmlu s-sottomisjonijiet taghkom dwar applikazzjoni PA03643/10 mill-website tal-MEPA http://www.mepa.org.mt/permitting sat-18 ta’ Marzu. L-applikazzjoni hija attentat biex il-barriera tibqa’ miftuha u qatt ma tigi rijabilitata.