Lawrence Gonzi u l-babaw

 

Il-persuna fuq ix-xellug hija Lawrence Gonzi

Id-diskors ta’ Lawrence Gonzi fil-Parlament illum juri l-mentalita tieghu u tal-parti l-kbira tal-partit tieghu: irid jikkontrolla l-hajja personali taghna, irid jindahal fejn ma jesghux.

Lawrence Gonzi irid li mara msawwta tibqa’ mizzewga bilfors. Lawrence Gonzi irid izomm in-nies milli jiehdu d-decizjonijiet f’qasam daqstant intimu u personali.

Jitkaza bil-pajjizi Ewropej: dan il-Prim Ministru li jiddandan li juza slogans ridikoli ghal Fenech Adami u l-partit tieghu bhal ‘missier Malta Ewropea’ u ‘l-partit tal-Ewropa’…imma fl-istess nifs irid jindahal fil-hajja personali taghna. Jahseb li jista’ jzomm lil xi hadd milli jfittex il-kuntentizza f’hajtu b’xi ligi. Jahseb li ahna poplu ta’ kretini bla mohh.

Lawrence Gonzi u deputati ohra qed jirrepetu d-diska ta’ Alfred Sant fuq l-importanza ta’ referendum, kemm jorbot u ma jorbotx.

Lawrence Gonzi se jitlef vot fil-parlament ghax deputati min naha tieghu mhux se jivvutaw mieghu – il-babaw ta’ Lawrence Gonzi mhux ‘babaw’ bizzejjed mid-dehra.

Minn qatt kellu dubju dwar il-kredenzjali konfessjonali tal-Partit Nazzjonalista issa suppost ma jibqghalu l-ebda dubju… Lawrence Gonzi ghaddietu biss Giovanna Debono fil-klassifika ta’ diskorsi konfessjonali f’dawn l-ahhar gimghat.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s


%d bloggers like this: