Archive for March 26th, 2011

alternattIVA – ma nagħtux rebħa lil min irid iċaħħad il-kuntentizza lil eluf ta’ persuni

March 26, 2011

Waqt konferenza stampa f’San Giljan, AD ipprezentat il-logo taghha ‘alternattiIVA’ li se jintuza waqt il-kampanja tar-referendum dwar id-divorzju lill-istampa.

Michael Briguglio, ic-Chairperson ta’ AD, qal: “L-AD qed tipprezenta s-slogan taghha ghal-kampanja tar-referendum dwar id-divorzju.  Bis-slogan ‘alternattIVA’, l-AD theggeg lil dawk kollha li jaqblu mal-introduzzjoni tad-divorzju kif ukoll dawk li ma jaqblux mad-divorzju izda li ma jridux icahhdu lil haddiehor minn dan id-dritt biex jivvutaw iva fir-referendum. M’ghandniex naghtu rebha lil min irid icahhad lil eluf minn dan id-dritt civili.”

“AD tappella lill-Awtorita tax-Xandir biex bhal ma gara waqt il-kampanja tar-referendum dwar l-Unjoni Ewropea, tara li l-organizzazzjonijiet kollha tas-socjeta civili ikunu rapprezentati fid-dibattiti u li jinghataw l-airtime fuq l-istazzjon tal-istat.  Nappellaw ukoll lill-Kummissjoni Elettorali biex tara li jkun hemm rapprezentazzjoni gusta tas-socjeta civil fis-sala tal-ghadd tal-voti waqt ir-referendum.”

Yvonne Arqueros Ebejer, id-Deputat Chairperson tal-AD, qalet: “AD hija kuntenta li l-parlament ivvota favur li jsir referendum u favur mistoqsija gusta, ghalkemm hija tal-misthija li certi politici qed jilaghbu bil-kliem biex ihawdu lin-nies dwar id-divorzju.  Huwa inutli li toqghod iddur mal-lewza ghax bid-divorzju u minghajru, zwieg imkisser ser jibqa’ zwieg imkisser bir-riperkussjonijiet kollha li jgib mieghu. AD minn dejjem kienet favur dan id-dritt civili ghax in-nies ghandhom dritt jaghzlu kif iridu jghixu hajjithom u li jergghu jibnu hajjithom mill-gdid kemm permezz taz-zwieg kif ukoll jekk iridu jibqghu jghixu wahedhom wara li z-zwieg taghhom ikun falla ghal kollox.  Il-possibilita tad-divorzju ghandha tkun tezisti f’socjeta liberali u f’demokrazija rapprezentattiva bhal ma hi Malta. Fl-ahhar mill-ahhar huwa f’idejn l-individwu jekk iridx jirrikorri ghalih jew le.”

Il-Professur Arnold Cassola, il-kelliem tal-AD ghall-UE u Affarijiet Internazzjonali, qal: “F’UE demokratika u civilizzata li Malta taghmel parti minnha, huma dawk in-nies li huma kuntenti fiz-zwieg li wasslu biex tghaddi l-ligi tad-divorzju. AD tappella lil dawk il-koppji kollha li huma kuntenti fiz-zwieg biex ma jcahhdux lil dawk li ma kinux daqshekk xortihom tajba u li z-zwieg taghhom falla, li jinghatalhom cans iehor, jekk jixtiequ, biex jiehdu d-divorzju u jsibu l-kuntentizza fit-tieni zwieg taghhom.”