Archive for June 18th, 2011

Bżar fl-għajnejn: Il-PN u l-liberali.

June 18, 2011

L-ipokrezija li tohrog fuq Facebook ta’ nies involuti fil-politika inkredibbli. Bhalissa ghaddejja speci ta’ kampanja biex b’xi mod il-PN jitpinga bhala modern, jekk mhux ukoll liberali. F’dal-pajjiz suppost mhux difficli wisq tkun liberali, ghax il-konservatizmu li hawn kwazi kwazi tmissu b’idejk. Sahansitra l-Labour u l-PN qablu li ma jiddiskutux dokument ta’ professjonisti li sahqu li hemm bzonn nitkellmu bis-serjeta dwar il-logika li titfa’ vittmi tad-droga l-habs, bil-problemi kollha li dan igib mieghu. Robert Callus, mill-AD kiteb ittra fit-Times isejjah ghal diskussjoni fuq is-suggett. Il-PN u l-PL kull ma qalu “No Way!!”. Il-‘gwerra kontra d-drogi’ (li fil-verita spiccat fil-‘gwerra kontra l-vittmi tad-droga’) iggib hafna voti u appogg mid-dehra ghal Joseph u Lawrence.

Kellna ukoll xi ftit tas-sieghat ilu, waqt konferenza generali tal-PN, lil Tonio Borg, Deputat Kap Nazzjonalista jghidilna (skont il-Malta Today): Deputy Prime Minister Tonio Borg says PN is ‘Christian Democrat in values, but liberal in people policies’….Closing the first session of the PN general council, Deputy Prime Minister Tonio Borg dismissed suggestions of a split between conservative and liberal factions, stressing that the party was always a “coin with two sides, but still the same coin.” …He argued that he is “conservative in values and good politics, but I am also liberal in other things, by working in a government that devolutes power to local councils, establishes an Ombudsman and introduces family friendly measures.”… Borg said that through its 100 years, the PN has faced numerous challenges, and Christian democratic values were always in its DNA…“Now we hear suggestions that we should update our soul?” Tonio Borg asked, and added that that if it is so, “no problem, please come here before the general council and propose this change. So far nobody has come forward.”

Fl-istess nifs waqt l-istess konferenza generali tal-PN imxandra fuq in-NET TV jkollna lil Cyrus Engerer, li ghadu jahseb li l-PN xi paladin tal-liberalizmu jghid nofs sentenza li zgur ma nftehmitx mill-migemgha “dwar l-ugwaljanza fiz-zwigijiet”… ovvjament l-ebda reazzjoni ghax hadd ma fehem xejn. Mela, bil-giri il-PN se jikkunsidra xi forma ta’ unjoni civili bejn persuni tal-istess sess. Tantx izzomm in-nifs Cyrus, ma jaqbillekx.  Laissez-faire ekonomiku, fejn min jiflah ihawwel iva… fejn jinsisti li l-leave tal-maternita ma jizdiedx, dak iva…izda dak neoliberalizmu u mhux liberalizmu b’ispirazzjoni socjali.

Skont Tonio Borg il-PN ‘liberali’ u jekk ma tridx ‘radikali’ ukoll, ghax dahhal il-Kunsilli Lokali… mur obsor hej. Imma safrattant fuq il-facebook Nazzjonalisti u Laburisti jibbattibekkaw ghax Engerer qal li l-Labour mhux liberali. Vera, ghandu hafna xejriet konservattivi u neoliberali (igifieri tal-lemin, ghal min jiddeletta b’dawn l-irqaqat) ukoll. Sahansitra Joesph Muscat qal li ma jara xejn hazin fil-politika tal-arcirivali tieghu Gonzi li Malta sservi tal-‘tax haven’ ghall-miljunarji li jhallsu 5% taxxa biss meta ahna lkoll nhallsu 15% malli naqbzu t-€8000 dhul. Dik gustizzja socjali hux? Nghin ‘l-miljunarji jevadu t-taxxa.

Imma vera kaz ta’ “the pot calling the kettle black”. Imbilli jkollok xi zewg manikini ‘liberali’ li fil-verita jservu biex il-konservattivi-konfessjonali jibqghu jattwaw il-policies taghhom minghajr sfida ma jiswa xejn. Iservu biss ta’ diversiv u ghall-skop ta’ propaganda. Bhal ma’ qal Arnold Cassola lill-MP Karl Gouder meta dan tal-ahhar f’Xarabank qal kemm huwa progressiv – “Imma int, u f’partit konfessjonali…” (b’ton ironiku li difficli tispjegah bil-kelma). Kollu bzar fl-ghajnejn. Kollox faccata u ghall-gallarija. Kollox pozi u mutetti. L-ebda diskors mimli platitudnijiet u incens f’konferenza generali u l-ebda ppuzar ta’ karriristi fil-PN m’huma sa jbiddlu xejn minn partit li jiehu konsistentament pozizzjonijiet konfessjonali. Anke fuq l-Unjoni Ewropea, tiskanta, wahda mir-ragunijiet li kien isemmi Fenech Adami kienet li l-Papa Gwanni Pawlu t-Tieni qallu li l-Ewropa ghandha bzonn lil Malta… tista’ tkun aktar ????? (x’kelma ha nuza!?) minn hekk?

Ipokrezija grassa… fl-ahhar mill-ahhar l-unika soluzzjoni hija pluralizmu vera fix-xena politika. “You get what you vote for”. Vot ghal Gouder (jew ghal xi hadd iehor mal-PN li jsejjah ruhu ‘liberali’), xorta wahda jfisser vot ghall-politika konservattiva u konfessjonali ta’ Gonzi, Fenech, Borg, Edwin Vassallo u l-bella compagnia. Biex Gouder jew Engerer u anke JPO jekk nigu f’dan,  jikkonvincuk kemm hu ‘cool’ il-PN jew trid tkun diga Nazzjonalist sa ruh ommok u trid issib xi raguni fjakka kemm hi fjakka biex tibqa’ tappoggjhom ghax hekk imdorri jew inkella thallihom jghadduk minn ghajn il-labra. Ghaliex jaghmlu hekk? Semplici, il-karriera politika aktar imporanti minn xi principju.