Archive for October 11th, 2011

Meta “kulħadd” jagħmel li jrid…

October 11, 2011

Dan ritratt ta’ għalqa fit-tarf taż-żona ta’ żvilupp f’Ħ’Attard – eżattament kantuniera Triq il-Ġibjun ma Triq il-Pitkali. Mimlija plastik u żibel ieħor, mormija x’aktarx minn persuni li joqgħodu viċin, ħajt maqlub, x’aktarx mit-trakkijiet ta’ maħżen f’Triq il-Ġibjun, u issa anke qed tintuża bħala parkeġġ.

Saru rapporti fuq rapporti – imma xejn. Min suppost jara li ssir xi ħaga? Il-MEPA infurmati. Ilhom infurmati.

Għelieqi abbandunati misshom jinxtraw mill-gvern u jew jinkrew lil min irid jaħdimhom jew jinbidlu f’imsaġar.

Fit-titlu għidt ‘kulħadd’ jagħmel li jrid, għax il-ftit u n-nuqqas ta’ infurzar mill-awtoritajiet kompetenti jagħtu l-impressjoni ta’ ‘free for all’. Fil-verita imn’alla l-maġġoranza kbira ta’ persuni għandhom sens ċiviku. Anke fil-każ tar-riċiklaġġ.

Imbagħad ghad hawn min għadu jinsisti li joħroġ iż-żibel nhar ta’ Tlieta, avolja it-Tlieta jinġabar biss materjal nadif għar-riċiklaġġ Ħ’Attard, u l-Ħamis jinġabar biss karti u kartun għar-riċiklaġġ. Noti jispjegaw is-sistema intbgħatu biżibilju. Min jagħmel ħiltu jispiċċa biż-żibel fit-triq minħabba xi ftit nies egoisti.

Hawn taħt ritratti ta’ boroż suwed li mhux suppost inħarġu illum it-tlieta 11 ta’ Ottubru f’ĦAttard, fi Triq il-Pitkali u Triq il-Gradilja. Meta se ningħataw is-saħħa u r-riżorsi nimmultaw lil dawn in-nies?