Dan ritratt ta’ għalqa fit-tarf taż-żona ta’ żvilupp f’Ħ’Attard – eżattament kantuniera Triq il-Ġibjun ma Triq il-Pitkali. Mimlija plastik u żibel ieħor, mormija x’aktarx minn persuni li joqgħodu viċin, ħajt maqlub, x’aktarx mit-trakkijiet ta’ maħżen f’Triq il-Ġibjun, u issa anke qed tintuża bħala parkeġġ.
Saru rapporti fuq rapporti – imma xejn. Min suppost jara li ssir xi ħaga? Il-MEPA infurmati. Ilhom infurmati.
Għelieqi abbandunati misshom jinxtraw mill-gvern u jew jinkrew lil min irid jaħdimhom jew jinbidlu f’imsaġar.
Fit-titlu għidt ‘kulħadd’ jagħmel li jrid, għax il-ftit u n-nuqqas ta’ infurzar mill-awtoritajiet kompetenti jagħtu l-impressjoni ta’ ‘free for all’. Fil-verita imn’alla l-maġġoranza kbira ta’ persuni għandhom sens ċiviku. Anke fil-każ tar-riċiklaġġ.
Imbagħad ghad hawn min għadu jinsisti li joħroġ iż-żibel nhar ta’ Tlieta, avolja it-Tlieta jinġabar biss materjal nadif għar-riċiklaġġ Ħ’Attard, u l-Ħamis jinġabar biss karti u kartun għar-riċiklaġġ. Noti jispjegaw is-sistema intbgħatu biżibilju. Min jagħmel ħiltu jispiċċa biż-żibel fit-triq minħabba xi ftit nies egoisti.
Hawn taħt ritratti ta’ boroż suwed li mhux suppost inħarġu illum it-tlieta 11 ta’ Ottubru f’ĦAttard, fi Triq il-Pitkali u Triq il-Gradilja. Meta se ningħataw is-saħħa u r-riżorsi nimmultaw lil dawn in-nies?
October 11, 2011 at 3:27 pm |
Meta se nitgħallmu?
October 11, 2011 at 3:30 pm |
Dil-biċċa tax-xogħol mhux Ħ’Attard biss tiġri. Il-Gżira titbellah bl-ammont ta żibel l’hawn u l’hemm ta kuljum, u l-istess, karti intbagħtu fuq li ntbagħtu.
October 11, 2011 at 8:13 pm |
Markbiwwa, Ghandek mitt elf ragun. Kemm gibt ezempju ta’ fejn naf l-aktar.
October 11, 2011 at 4:44 pm |
Dwar dan l-ilment li xi nies jibqghu johorgu z-zibel nhar ta’ Tlieta u l-Hamis, jekk il-kunsill ma jibdiex icacap il-multi li minn jaghmel hekk, nibqghu ingergru biss. Forsi xi kultant ikun difficli taf ta min hu ghax probabli dawk in-nies li jaghmlu hekk ma jpogguhx wara biebom. Izda hemm bzonn li mhuh fil-kunsill jaraw kif isibu soluzzjoni biex iwahhlu l-multi.
October 11, 2011 at 8:12 pm |
Hemm mod kif, il-bicca li m’hemmx ufficcjali tal-infurzar min jaghmel dax-xoghol!! Il-gwardjani lokali ma nafx ghaliex fuq traffiku biss… il-gvern ma jinteressahx jghin lanqas, s’issa.
Jien favur il-multi. Hemm min jitkellem fuq ‘edukazzjoni’ – jien konvint li min jhammeg JAF li mhux qed jaghmel sew. L-istess fit-traffiku – meta jien stess nipparkja hazin (mhux ta’ spiss ta, hehe) inkun naf x’qed naghmel, jien naghlaq halqi u nhallas, haddiehor jigi jeqred!!
October 12, 2011 at 8:29 am |
Kollu minnu. Imma minnu wkoll li l-bring-in-sites f’H’Attard ma jitbattlux spiss kemm mehtieg u mhux l-ewwel darba li mort u sibthom mimlijin sa ruh ommhom.
Nghid ghalija, minix komdu nzomm l-iskart ghar-riciklagg ghandi d-dar (bizzejjed ghandi mbarazz). Pero’ kuntent ninzel bihom il-bring-in-site.
October 12, 2011 at 12:47 pm |
Darba fil-gimgha kollha jmisshom jitbattlu. Vera x’aktarx xorta mhux bizzejjed! Ha ngib l-iskeda ta’ meta jitbattlu u ninformakhom.
October 12, 2011 at 8:02 pm |
Jonathan,
ikkonfermajt li KULJUM jingabar xi wiehed mill-materjali partikolari separatament minn kull bring-in-site.
GreenPak irrispondewni hekk:”Material is collected on a daily basis, with a particular material being carried out on a specific day.”
Fil-fatt f’xi postijiet (fejn possibbli) gew irduppjati xi kontenituri biex nippruvaw inlahhqu aktar mad-domanda. Kontenituri tal-hgieg, peress li ma jingabarx minn wara l-bibien hemm f’aktar postijiet madwar H’Attard. Grazzi tal-feedback.