Toroq aktar sikuri

Qed nagħmel proposta għal limitu tal-velocita fit-toroq kollha residenzjali ta’ Ħ’Attard ta’ 30 kph. L-idea tiegħi hija li ndaħħlu l-mentalita li t-toroq huma għall-użu ta’ kulħadd. In-nies għandhom iħossuhom komdi jużaw it-toroq tagħhom. Għandek tħossok komdu timxi jew iddur bir-rota. Kampanja edukattiva għandha tgħin biex tissensibilizza lil kulħadd dwar l-importanza ta’ imġieba responsabbli fit-toroq residenzjali. Xi ħadd fuq rota għandu KULL dritt isuq fit-triq.

Barra minn hekk biex taqbad triq prinċipali mit-toroq residenzjali f’Ħ’Attard b’veloċita baxxa m’għandhiex tieħu aktar minn 2 minuti massimu.

(Qed ninkludi video mill-kampanja twenty’s plenty tal-Ingilterra – 20 mil fis-siegħa ekwivalenti għal ħarira aktar minn 30 kilometru fis-siegħa)

20’s Plenty For Us from Streetfilms on Vimeo.

Il-mozzjoni li ppreżentajt titkellem waħedha.

Mozzjoni

Proposta biex f’Ħ’Attard tiġi implimentata veloċita massima ta’ 30 km fis-siegħa fit-toroq kollha residenzjali (dawk taħt ir-responsabbilta
tal-Kunsill Lokali).

Dan l-aħħar il-Parlament Ewropew approva r-rapport Koch dwar is-sigurta fit-toroq. Tali rapport jagħmel proposti biex jinċentiva l-mixi, l-użu tar-rota u t-trasport pubbliku. Il-veloċita tal-karozzi hija miżura importanti li tista’ taffettwa pożittivament is-sigurta fit-toroq l-aktar użati minn nies kuljum.

Għadna lura ħafna fejn jidħol l-użu tar-rota għal vjaġġi ġewwa Ħ’Attard stess. Il-Kunsill beda jieħu xi passi billi wasal biex jinstalla ‘bicycle racks’ f’xi postijiet. Ħafna persuni ma jħossuhomx komdi jużaw ir-rota jew jimxu minħabba t-traffiku. Huwa wkoll fatt li xi toroq għandhom bżonn jiġu ridisinjati peress li huma dritti u twal, tali mod li jħajjru veloċita għolja.

Huwa fatt magħruf li l-veloċita fit-toroq twassal biex in-nies iħossuhom skomdi jużaw t-toroq. 5% tal-persuni li jintlaqtu minn vettura miexja b’32 km/h jmutu, mentri b’veloċita ta’ 48 km/h, 45% imutu. 85% tal-persuni milquta minn vettura miexja b’64 km/h jmutu (SafetyNet, 2009). Ir-relazzjoni bejn il-veloċita u l-fatalitajiet hija ċara. Għalhekk huwa essenzjali li nbaxxu l-veloċita massima permessa f’toroq residenzjali.

Bħala pass biex it-toroq isiru aktar sikuri l-Kunsill jirrisolvi li l-veloċita massima fit-toroq kollha residenzjali għandha tkun ta’ 30 km fis-siegħa u titlob l-approvazzjoni ta’ Transport Malta biex tapprova fi żmien xahar mil-lum l-implimentazzjoni ta’ din id-deċizjoni.

Proposta minn: Ralph Cassar, Kunsillier

2 Responses to “Toroq aktar sikuri”

  1. Godfrey Camilleri Says:

    Xi triqat diga ghandom il-limitu ta 35km/hr. Mela iddeciedu bejn 30 u 35. Ghalija nippreferi 35 izda jekk l-Unjoni ser tippreferi 30, naghmlu bhalhom.

    • Ralph Cassar Says:

      Speed limit wiehed fit-toroq residenzjali kollha jissimplifika l-affarijiet. Ovvjament hemm bzonn kampanja ta’ informazzjoni u anke aktar fit-tul tibdiliet f’xi toroq. L-importanti, anzi importanti hafna li jigi stabbilit il-principju biex imbaghad kull decizjoni iddur mal-principji stabbiliti.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s


%d bloggers like this: