Ralph Cassar, Kunsillier
Naħseb kulħadd jaqbel dwar aktar sigurta fit-toroq. Sfortunatament ilu li għadda ż-żmien fejn it-toroq residenzjali tagħna inqisuhom bħala spazji pubbliċi għall-użu ta’ kulħadd – tfal u anke kbar jilgħabu barra, tfal iduru bir-roti waqt li l-ġenituri jimxu xi mixja fil-viċinanzi. Irrelegajna n-nies għal fuq il-bankini – li minħabba l-mod kif saru l-pjanijiet tal-bini fil-lokalitajiet tagħna bilkemm huma wiesgħa biżżejjed biex tgħaddi persuna. Biex tgħaxxaqha bil-bidla fiż-żoni ta’ żvilupp deċiżi mill-gvern fl-2006 spiċċajna bil-bini jitwaqqa’ kullimkien bit-tħarbit li dan iġib fit-toroq tagħna. Dan f’pajjiż bi 80,000 post battal.
Jekk tħarsu lejn it-triq tagħkom araw daqxejn kemm minnha hija għall-użu tal-karozzi u kemm għall-użu tan-nies. Hemm bżonn li t-toroq residenzjali jingħataw luru lin-nies – mhux biss b’bankini aħjar iżda ukoll b’bidla fil-mentalita fejn is-sewwieqa li jgħaddu minn dawn it-toroq residenzjali jidraw jaqsmu l-ispazju man-nies , mat-tfal u żgħażagħ li għandhom id-dritt jużaw l-ispazju tat-toroq bħal ħaddieħor. Dan il-kunċett jfisser li kif il-vetturi joħorġu mit-toroq prinċipali u jidħlu f’toroq purament residenzjali, iġifieri toroq li m’hemmx għalfejn tgħaddi minnhom biex tmur minn post għal ieħor, għandhom isuqu bil-mod. Bil-mod il-mod in-nies jibdew jidraw u jħossuhom komdi jerġgħu jużaw it-toroq, li huma tagħna lkoll biex jimxu, jużaw ir-rota jew sempliċiment jissoċjalizzaw.
Hemm diversi strateġiji li jistgħu jintużaw, fosthom il-proposta tiegħi li ġiet aċċettata mill-Kunsill Lokali unanimament li toroq residenzjali ikollhom limitu ta’ veloċita wieħed (minflok ħafna tabelli b’veloċitajiet differenti) ta’ 30 km fis-siegħa. Nispera li Transport Malta tiddeċiedi li tagħti l-kunsens tagħha u tgħin fl-implimentazzjoni ta’ din il-politika dwar iż-żoni residenzjali. Ovvjament hemm bżonn ukoll kampanja edukattiva. Fl-aħħar bdew isiru mill-ġdid xi bankini wara li d-deficit fil-finanzi tal-Kunsill inqatgħa – kellna inbatu minħabba t-traskuraġni ta’ xi wħud. Hemm bżonn ħafna aktar xogħol. Toroq dritti u wesgħin bħal Victor Vassallo, Tursin ir-Riħ u parti minn Triq il-Linja(u ħafna oħrajn) saru perikoluzi wisq u hemm bżonn strateġiji li jġiegħlu lis-sewwieqa jnaqqsu l-veloċita. Ħaġa pożittiva li nħossni kburi li kont xprun biex issir huma s-sistemi li jagħmlu z-zebra crossings aktar viżibbli permezz ta’ sinjali li jixgħelu b’sistemi moderni solari. Suppost dalwaqt jitwaħħlu ukoll bicycle racks f’diversi postijiet madwar Ħ’Attard. L-affarijiet xi kultant jieħdu ħafna żmien biex isiru avolja ikunu ilhom ordnati żmien twil.
Min jixtieq jikkuntattjani jista’ jagħmel dan faċilment permezz tal-email fuq cassarralph@gmail.com, fuq il-blog http://www.ralphcassar.wordpress.com jew fuq 99894962. Fl-aħħarnett nixtieqilkom il-festi t-tajba u s-sena l-ġdida mimlija risq u hena.
December 28, 2011 at 4:45 pm |
Li xi darba karozzi jasmu l-uzu tat-triq mat-tfal u nies ohra nahseb li hi biss holma u ma tistghax issir; forsi tkun possibbli biss fil-qalba tar-rahal. F’dal kas, anke 30kmh hu gholi.
Dwar bankini hawn zgur hemm bzonn li issir xi haga drastika. Bankini jridu jkunu mod li wiehed jista’ jghaddi fuqom b’push chair jew wheel chair. Hemm xi nies li jaghmlu rampa mid-drive ghat-triq u ghaliex id-drive taghhom hi gholja, jimblukkaw il-bankina. Kellna kas recenti hekk fi Tqir l-Gharix. Irrappurtajt dan lil Stefan Cordina, inhadu r-ritratti, intbatu lil Mepa izda kollox waqaf hemm. Il-kunsill ghandu jkollu l-qawwa li haga bhal din jiddilja minna hu.
Ralph nawguralek li tirnexxi fl-ambizzjonijiet tieghek. Niehu din l-okkazjoni biex nawguralek vaganzi felici u sena ahjar f’dak li tixtieq qalbek.
December 30, 2011 at 6:38 pm |
Iva, xejn m’hu facli, imma nippreferi nimmira fl-gholi ghax l-esperjenza turi li jekk timmira fil-baxx wisq tispicca ma tasal imkien – allura nimmira fl-gholi u nimbotta biex isiru passi biex gradwalment nerqsu vicin kemm jistgha jkun il-mira.
Toroq mhux passaggi fiz-zona ta’ Misrah Kola, iz-zona tieghek u anke xi zoni wara l-M4 huma toroq ta’ daqs li ghandhom ikunu safe – bin-nies prijorita assoluta fuq il-vetturi.
It-traskuragni fil-finanzi ta’ persuni fit-tmexxija tal-Kunsill wasslu ghal deficits li bilfors kellna nikkontrollaw l-ispiza imma wasal iz-zmien li ikun hemm prijorita assoluta fuq il-bankini Hemm bzonn bankini akbar kif semmejt sew int – l-istess hawn l-ippjanar tat-toroq lanqas spazju sura ma jhallilna!
Is-sahha ta’ infurzar ma tezistix sfortunatament, barra minn ippjanar hazin fuq medda taz-zmien li renda livelli hziena ta’ bini vis a vis it-toroq…