Archive for January, 2012

The tribes are at it … again

January 18, 2012

The wrangling over procedure for the no confidence motion and the Nationalist government’s MPs decision for a never ending pseudo-debate on the issue have turned parliament and MPs into one big joke. The pettiness of the arguments and the nit picking over procedure confirm the inability of government and unwillingness of the Labour opposition to modernise the supposedly highest representative institution in this country.

If you want real change, you’ll find no excuses. If you want real change, vote Green. There is no stronger and louder message than voting Green. Every single vote will make the others livid.

Intejbu l-libreriji lokali

January 16, 2012

Rapport tiegħi dwar it-titjib li hemm bżonn isir fil-librerija pubblika ta’ Ħ’Attard. Ix-xogħol tiegħi fil-komunita ikompli – il-politika vera mhix l-adorazzjoni tal-mexxejja jew t-tgħajjir u l-paroli vojt fil-każini iżda li tipproponi u timbotta biex titjieb l-kwalita tal-ħajja tagħna lkoll.

Rapport lill-Kunsill Lokali Ħ’Attard dwar iż-żjara fil-librerija pubblika ta’ Ħ’Attard

Ralph Cassar

Iż-żjara saret it-tnejn, 9 ta’ Jannar 2012 bejn il-1700h u s-1830h.

Preżenti għaż-żjara:  Ralph Cassar (Kunsillier), Alfred Zammit (Kunsillier), Laurence Zerafa (Chairperson, Malta Library and Information Association), Robert Mizzi (Deputy Chairperson, MaLIA u Chairperson Malta Libraries Council), il-librara.

Dan ir-rapport jinkludi xi osservazzjonijiet li saru waqt iż-żjara u osservazzjonijiet oħra tiegħi. L-opinjonijiet espressi f’dan ir-rapport huma totalment responsabbilta tiegħi u mhux neċessarjament jirriflettu l-opinjonijiet tal-persuni l-oħra preżenti.

Ta min jgħid li għalkemm jista’ jsir xi titjib fil-librerija xorta waħda l-ispazju li tokkupa l-librerija żgħir wisq, iffullat u ma jagħtix lok għall-iżvilupp tal-librerija fi spazju modern, addatat u attraenti u minn fejn jistgħu jingħataw  servizzi ġodda bħal per eżempju mwejjed fejn wieħed jista’ jaqra, jieħu noti u jagħmel riċerka u servizz ta’ kompjuters bl-internet. Lanqas post fejn tiċċaqlaq m’hemm. Oriġinaljament il-librerija kienet ħafna akbar – żewġ klassijiet tal-iskola magħqudin. Wara li l-iskola biddlet il-librerija oriġinali f’uffiċċji jew klassijiet, flok kibret, il-librerija imxiet għal kamra żgħira fuq wara tas-sala tal-iskola li milli jidher kienet intiża għal xi ‘changing room’ jew gabuba żgħira għall-props. Minflok instabet soluzzjoni għall-bżonnijiet tal-iskola saret l-aktar ħaġa faċli għas-skaptu tal-komunita kollha u ‘tkissret’ il-librerija pubblika. Il-librerija  qatt ma tista’ toffri servizz aħjar u tespandi s-servizzi tagħha jekk tibqa’ fejn hi.

Il-librara ipprovdiet dawn il-figuri ta’ kotba li ssellfu mil-librerija:

2006

12,862

2007

12,067

2008

11,868

2009

12,341

2010

10,884

2011

13,297

Il-figuri juru li s-servizz tal-librerija huwa servizz utili għal numru imdaqqas ta’ nies u kull investiment f’dan is-servizz żgur li huma flus minfuqa tajjeb għall-ġid tal-komunita lokali.

Dawn huma xi osservazzjonijiet li saru:

  1. Persuni li tkellimt magħhom ikkummentawli fuq l-għajnuna li jsibu mil-librara li tagħmel li tista’ biex taqdi lill-qarrejja u biex tordna kotba li jintalbulha.
  2. Sigurta: l-bieb ta’ barra, li qiegħed fuq il-ħġieġ, u t-twieqi għandhom jew jinbidlu jew isiru aktar siguri peress li minkejja l-grada ta’ barra, mhux magħmulin minn materjal b’saħħtu biżżejjed. Il-passaġġ mill-grada ta’ barra jista’ jissebbaħ b’xi qsari u s-sinjali barra l-grada bil-ħinijiet jista’ jsir b’mod aktar professjonali.
  3. Faċilita għat-tifi tan-nar – għandu jkun hemm ‘fire extinguisher’.
  4. Il-magna tal-fotokopji waslet biex tinbidel.
  5. Hemm bżonn jinżebgħa parti mill-ħajt li għandu marki tas-sadid fuqu, isir bdil ta’ xi bozzoz u isiru purtieri ġodda u mwaħħla sew. Għandhom ukoll isiru xi nkwatri jew posters moderni biex jagħtu atmosfera li tilqgħek.
  6. Malli tidħol fil-librerija mal-ewwel jolqtok in-nuqqas kbir ta’ spazju. Fil-fatt bil-kontra ta’ dak li wieħed jippretendi m’hemmx spazju għall-ixkaffar, bl-ixkaffef viċin ħafna ta’ xulxin. M’hemmx spazju għall-ebda post fejn persuni jistgħu jaqraw fil-librerija stess jew jużaw l-internet. In-nuqqas ta’ spazju huwa ukoll ovvju mill-fatt li t-toilet qed jintuża bħala store. Fuq il-parti ta’ fuq tal-ixkaffi qed jinżammu kotba f’kaxxex tal-kartun li għad iridu jintgħażlu. Temporanjament dawn il-kaxxi għandhom jinħażnu post ieħor.
  7. Hemm problema bir-reġistrar u l-ikkalatogar tal-kotba, li jsir ċentralment fil-librerija ċentrali. Hemm bżonn pressjoni biex il-proċess ta’ katalogar u reġistrazzjoni jitħaffef. Hemm bżonn li dan jibqa’ jsir ċentralment. Għandha tkun esplorata l-possibilta li, taħt id-direzzjoni tal-librara, voluntiera u wkoll l-istaff tal-Kunsill jgħinu fl-għażla tal-kotba li jkunu ingħataw bħala donazzjoni. Wħud minnhom mhux tajba għal-librerija, eżempju ħafna textbooks l-istess jew enċiklopediji qodma b’informazzjoni skaduta. Minn jagħmel donazzjoni ta’ kotba għandu jiġi infurmat li l-kotba donati mhux neċessarjament se jsibu ruħhom fuq l-ixkaffef tal-librerija u jekk ikunx iridhom lura f’każ li ma jintgħażlux.
  8. Ġie innotat li fil-librerija m’hemmx il-publikazzjonijiet dwar Ħ’Attard maħruġa mill-Kunsill Lokali jew pubblikaturi oħra. Qed jiġi ssuġġerit li l-enċiklopedija bil-Malti (Kullana Kulturali) u kotba oħra li jinsabu fl-uffiċċju tal-Kunsill jiġu trasferiti għal-librerija. Hemm talba għal dawn it-tip ta’ kotba ta’ referenza ‘Melitensia’.
  9. Forsi wasal iż-żmien li jinstab post terran/semi-basement (basta arjuż, mhux umdu u mdawwal biżżejjed u aċċessibli għal nies bi bżonnijiet speċjali) fejn tista’ tiġi trasferita l-librerija li tkun tista’ tinkludi ukoll kmamar fejn ikunu jistgħu jsiru attivitajiet kulturali oħra marbuta mal-librerija. Appartement fil-pjan terran jew semi-basement għandu jkun affordabbli. Il-progett ta’ bini ġdid għall-Kunsill Lokali li kien jinkludi librerija ma jidhirx li huwa possibbli minħabba nuqqas ta’ appoġġ finanzjarju mill-gvern ċentrali. Spiża ta’ €500,000 mhux possibbli mingħajr għajnuna għax affarijiet oħra jkollhom ibatu. Il-proġett ta’ uffiċċju tal-Kunsill għandu jkun separat minn dak ta’ librerija aktar spazjuża u moderna. Ix-xiri jew kiri ta’ appartement terran żgur li aktar vijabbli.
  10. Kotba ‘paperback’ misselfa ħafna huma fi stat ħażin. Dawn għandhom jinbidlu. L-aktar kotba popolari għandhom jinksew bil-plastik/contact paper trasparenti biex iservu aktar.
  11. Il-librerija minkejja limitazzjonijiet kbar qed tintuża b’mod regolari u konsistenti, li turi li s-servizz huwa utli għal numru imdaqqas ta’ nies. Il-kotba tat-tfal, fiction bl-ingliż u kotba bil-Malti huwa l-aktar popolari. Il-budget mogħti mill-gvern huwa suplimentat mill-Kunsill, b’xi €1000 jintefqu f’kotba ġodda. Kull żieda fl-infieq fuq kotba żgur li huma flus minfuqa tajjeb. L-użu tal-librerija preżentament jimmilita favur investiment f’librerija ġdida li toffri spazju għal spazji għall-qari ta’ gazzetti, rivisti u l-użu tal-internet. Joffri spazju soċjali u kulturali fejn jistgħu jiltaqgħu n-nies, isiru taħdidiet u attivitajiet bħal ‘reading circles’ għat-tfal u attivitajiet letterarji għall-adulti.
  12. Dan l-aħħar punt hija osservazzjoni personali tiegħi. L-isem tal-librerija ‘Ugo Mifsud Bonnici’ jistona u jfakkar fi żminijiet meta ministri kienu jsemmu xi padiljun sportiv għalihom waqt li kienu għadhom ħajjin jew fl-Unjoni Sovjetika jew il-Korea ta’ Fuq. Nifhem li din d-deċiżjoni ttieħdet minn Kunsill ta’ qabel l-2007 – xorta waħda min ħa din id-deċiżjoni għandu mentalita fqira. Il-librerija għadha sempliċiment tkun magħrufa bħala “Librerija Pubblika Ħ’Attard”.

Il-punti li għamilt jistgħu jinqasmu fi tnejn:

  1. Xi titjib li jista’ jsir fis-sitwazzjoni preżenti;
  2. X’għandu jsir jekk irridu ntejbu u nipprofessjonalizzaw das-servizz.

Raħal, jew aħjar belt żgħira bħal Ħ’Attard jixraqlu librerija li tkun ukoll punt ta’ inkontru, jew ‘klabb’ b’differenza, jew Community Centre – fejn persuni jistgħu jqattgħu ħin jaqraw u jissoċjalizaw filwaqt li jedukaw u jirrikreaw rwieħhom. Il-librerija mhix biss għal tfal tal-iskola jew għall- anzjani iżda għall-komunita kollha. Il-parir li tajt huwa li jinstab post (appartament ground floor/semi-basement) bi prezz li l-Kunsill jista’ jaffordja. M’għandnhiex inħarsu biss lejn il-librerija bil-mentalita antika, li huwa post fejn tmur tiġbor ktieb u titlaq ‘il barra. Investiment raġjonevoli ifisser spazji li jistgħu jintużaw mill-komunita għal diversi attivitajiet. Ovvjament din mhux xi ħaġa li tista’ ssir mil-lum għal għada, iżda naħseb li il-proġett jekk ippjanat tajjeb huwa fattibbli.

12.01.2012