IVF – Isqof militanti, Gvern gallarija

Fuq l-IVF il-gvern gallarija. Jew ahjar jippreferi l-istatus quo – igifieri sitwazzjoni fejn kollox hu legali, ghax fejn m’hemmx regoli zgur li m’hemmx illegalitajiet.

Dan l-ahhar l-Isqof t’Ghawdex tkellem fuq is-suggett. Bazikament qalilna kemm huwa hazin l-IVF. Imma din mhux l-unika perspettiva fuq l-IVF.

L-IVF ghandu l-istess rata ta’ success ta’ tqala ‘normali’. Fil-verita meta mara ma tinqabadx tqila ikunu intilfu celloli fertilizzati – imma hadd lanqas biss jinduna ghax huwa c-ciklu normali tal-affarijiet. Igifieri li noqghodu npingu l-IVF bhala xi ‘kultura tal-mewt’ hija insult kbir lil min ghandu mqar zewg celloli jiffunzjonaw sew f’mohhu.

Haga tal-ghageb hija kif wara snin shah ta’ laissez-faire, tal-kummercjalizazzjoni tal-IVF minn kumpaniji privati wahda minnhom immexxija minn tabib li jipprogetta ruhu bhala paladin tal-Kattolicezmu verzjoni fundamentalista, ghax kien hemm xaqq ta’ dawl li din it-teknologija tigi regolata (iva, hemm bzonn regolamentazzjoni u hemm issues etici bhal f’kull teknologija) – jinfetah baraxx ta’ kritika fuq min ma jaqbilx mija fil-mija mal-pozizzjoni restrittiva ta’ xi whud u jigi akkuzat b’hazen liema bhalu.

Il-Gvern qed jaghmilha tal-kattoliku aktar mill-Papa u jibqa’ gallarija – meta fil-fatt hija l-pozizzjoni ta’ bhal issa ta’ nuqqas ta’ ligijiet li thalli l-kulhadd jaghmel li jrid li suppost hija inaccettabbli.

Li Lawrence Gonzi u anke l-Ministru tas-Sahha  Joe Cassar (li skont il-gazzetti jibghat il-fjuri mill-flus tal-Ministeru ghal kull funeral li jsir ir-Rabat milli jidher), jirnexxilhom iwaqqfu l-parlament li diga ftehem fuq abbozz ta’ ligi jikkonferma s-sahha tal-konservattivi estremi u konfessjonali fi hdan il-PN.

Li ghad hawn min irid ihalli klinici jimplantaw 4 zigoti f’daqqa f’mara huwa skandaluz. Dik hija l-vera kultura tal-mewt – il-mentalita ta’ ‘imbaghad jaghmel Alla’.

One Response to “IVF – Isqof militanti, Gvern gallarija”

  1. Godfrey Camilleri Says:

    Artiklu tajjeb Ralph; proset u naqbel ma kull ma ghidt.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s


%d bloggers like this: