Archive for July 4th, 2012

Populista u dizgustanti (3)

July 4, 2012

Minkejja kien hawn min stagħġeb u qal kemm jammira lil Gonzi ghax qal li għandna niġġieldu r-razziżmu, bejn il-kliem u l-fatti ta’ Gonzi hemm baħar jikkumbatti.

Waqt li Lawrence Gonzi kien kap tal-Partit Nazzjonalista u Prim Ministru l-PN:

  1. Xandar spots politiċi waqt il-kampanja tal-elezzjoni għall-Parlament Ewropew intiżi biex joħolqu paniku fost l-elettorat dwar id-diżastri li suppost qed iġibu fuq Malta l-immigrati, ovvjament dawk b’ġilda sewda.
  2. Qatt ma jsemmi l-miljuni ta’ Ewro li qed jieħu l-gvern Malti biex jaffronta l-isfida;
  3. Qatt ma jsemmi li sħabu fl-Unjoni Ewropea qed iċedu għall-populisti u x-xenofobiċi u ma jridux politika komuni Ewropea dwar is-suġġett;
  4. Appoġġja l-politika ta’ Berlusconi u saħansitra ta’ Gaddafi dwar is-suġġett u saħansitra appoġġja r-rikatt ta’ Gaddafi fil-konfront tal-komunita internazzjonali;
  5. Qatt ma saret diskussjoni serja dwar l-għażliet tal-Gvern f’dal-qasam.

Il-kliem sabiħ faċli. Li ssib min jammirak fuq kliemek faċli, hawn ħafna sinkofanti mas-saqajn. Iżda Lawrence Gonzi sal-kliem biss jasal. Bħal Joseph, għalkemm tipprova tagħti x’tifhem mod ieħor: populista u diżgustanti.