Archive for July 8th, 2012

Joseph Muscat ‘fake’

July 8, 2012

Illum f’Dissett konferma li Joseph Muscat l-unika ‘soluzzjoni’ li ghandu hija li jkompli fuq il-passi ta’ dal-gvern li jaghti aktar art (jew bahar!) lill-kunrtatturi biex jibnu l-flattijiet.

Wara li dal-gvern qered Tas-Sliema, H’Attard, is-Swieqi, gonna shah f’Hal Balzan ecc. u ta art pubblika bix-xejn lill-ispekulaturi f’Tigne, il-Gzira Manoel, il-Hilton (din Alfred Sant imdahhal sew fiha, ftakru min imdahhal sew fil-Partit Laburista kien ukoll konsulent finanzjarju tal-ispekulaturi… Alfred Mifsud), Chambrai f’Ghawdex (grazzi Eddie!), issa Joseph Muscat irid jaghti l-bahar lill-ispekulaturi biex jibnu l-flattijiet fih. Qalet Marku qalilna f’Dissett. U din l-iskoperta sejhilha ‘green economy’. Mhux kulhadd partitarju cuc Joseph. Ir-soss bil-labra tista’ tbellghu lil hafna nies imma mhux lil kulhadd.

Le ma nisthix nghid li Joseph Muscat ‘fake’. Kopja ta’ GonziPN. Fil-but tal-kuntratturi u l-idea ta’ zvilupp ekonomiku tieghu skaduta.