Archive for December, 2012

Arroganza,medjokrita u gideb fuq l-ilma

December 16, 2012

Empty vessels

L-arroganza ta’ Simon Busuttil ovvja. Il-medjokrita ta’ Anglu Farrugia ukoll. Mhux qed nitkellem fuq ‘delivery’ jew karizma – dawn mhux affarijiet li jigu naturali ghal kulhadd, qed nirreferi ghall-fatt li ma kellux twegibiet cari u tondi. Busuttil bil-pozi kollha li ghandu ma qal xejn – ‘empty vessel’, paroli u retorika vojta. It-tnejn ma qalu xejn bis-sugu. L-unika persuna waqt it-”take 2” ta’ Xarabank tal-bierah li kien car u tond fil-ftit minuti li kellu allokati kien Carmel Cacopardo. Bhal Michael Briguglio ftit tal-gimghat ilu, mar dritt ghall-punt u b’mod car ghamel il-kritika u, aktar importanti, il-proposti cari u tondi taghna. Michael Briguglio tkellem fuq aspetti socjali u ta’ rispett lejn id-diversita b’mod konkret fis-socjeta taghna. Carmel Cacopardo kompla fejn halla Michael Briguglio u barra li enfasizza l-bzonn li naghtu kaz dawk fuq il-paga minima ghamel punti cari dwar l-ambjent, u l-kwalita tal-hajja, s-serq tal-art li l-ohrajn jaghlqu ghajnejhom ghalih u l-energija u l-ilma.

Semma xi haga li lanqas Simon Busuttil u lanqas Anglu Farrugia ma kellhom id-dicenza li jsemmu – l-prezz tal-ilma skont direttiva tal-UE irid jirrifletti l-prezz vera tar-rizorsa. Qabel ma xi hadd ma jitkellem fuq ‘impozizzjoni’ – id-direttivi huma proposti mill-Kummissjoni Ewropea (innominata mill-gvernijiet) u maqbula bejn il-kunsill tal-ministri (il-ministri – eletti jew approvati mill-parlamenti nazzjonali – mill-pajjizi tal-UE li jiehdu hsieb is-suggett partikolari tad-direttiva) u l-parlament Ewropew (elett direttament)

Meta nircievi l-kont tad-dawl u l-ilma bilkemm inhares lejn l-ammont dovut ghall-ilma, ghax fir-realta hdejn l-ammont dovut ghall-elettriku huwa huwa baxx hafna. Tista’ ma ddoqx ghal widnejk imma din hija r-realta. Isimghu sew – l-prezz tal-ilma se joghla. L-ilma tal-pjan qed jintuza b’xejn bhalissa – xi haga li se JKOLLHA tieqaf. Nista’ mhux naghmel geddum u nsabbat saqajja.

Mela Simon Busuttil, Gonzi u l-PN kollu QED IZOMMU HALQHOM MAGHLUQ u Joseph Muscat u l-PL kollu jew qed jigdbu jew qed jaghmluha ta’ bir-ruhhom li ma jafux jew inkompetenti u medjokri:

Araw naqra kif gie kwotat Muscat illum fit-timesofmalta.com (http://www.timesofmalta.com/articles/view/20121216/local/muscat-insists-water-bill-will-go-down-too.449780) wara li Cacopardo faqaghlhom il-buzzieqa:

“The PN, Dr Muscat said, was trying to twist words. It was now asking whether Labour would raise water bills. But it was well known that half of Malta’s water production came from reverse osmosis plants, the highest power consumers in Malta. Therefore, when electricity prices went down, as they would under Labour, water prices would go down too, Dr Muscat said. If the government did not understand this, it had a serious problem of governance.”

Fil-fatt Carmel Cacopardo kien li kixef il-fatt li l-PN u l-PL qed jahbu l-fatti. Il-PN qed JAHBI l-verita u Muscat fl-istess hin wera li ma jafx xi tfisser Direttiva tal-UE u li aktar minn hekk ghandu bzonn lezzjoni bazika fis-somom u l-ekonomija tad-dhul u l-hrug. L-Enemalta falluta (iva tort tal-PN… Austin Gatt dizastru kien u l-PN abbanduna l-qasam tal-energija ghal ghexieren ta’ snin). ‘Il-Korporazzjoni ghas-Servizzi tal-Ilma thallas anqas ghall-elettriku li tuza jonqos biex tkompli toghdos. Ir-realta hija li r-rizorsi ghandhom prezz u jridu jigu manigjati b’mod sostenibbli. Il-mixja lejn energija nadifa u alternattiva saret aktar urgenti minn qatt qabel.

L-aktar messagg importanti huwa li Simon Busuttil, Lawrence Gonzi, Joseph Muscat u Anglu Farrugia jew qed jahbu jew qed jigdbulek fuq l-ilma… u dan fuq l-imla, ahseb u ara fuq affarijiet ohra.

Jekk ghandek sinsla, tivvota AD.

Il-budget tal-inċertezza

December 5, 2012

Intervista dwar il-budget li dehret fil-gazzetta “Illum” 2 ta’ Dicembru 2012

1. Kif tiddeskrivi l-budget 2013 fi tliet sentenzi?

Bhal dejjem fih affarijiet pozittivi, hafna minnhom izda huma mizuri simbolici bi ftit wisq flus ivvutati ghalihom. Fit-taxxa tad-dhul minflok agevola min ghandu dhul baxx u medju, agevola dawk li jaqilghu l-aktar. Biss biss min jaqla’ 60,000 Ewro u aktar se jiffranka 3600 Ewro fis-sena mentri min jaqla 15,000 Ewro, bhall-maggoranza l-kbira ta’ haddiema Maltin u Ghawdxin m’huwa se jiffranka xejn.

2. Dan hu budget tal-elezzjoni u allura hu budget li jixtri lill-elettorat? Jew hu budget li jindirizza tassew ir-realtajiet ekonomiċi ta’ pajjiżna?

Is-sostenibbilita tal-budget tibqa’ mistoqsija mhux imwiegba. Kollox jiddependi mit-tbassir ta’ tkabbir ekonomiku. Jekk it-tkabbir ikun anqas minn dak previst mill-gvern allura jkollna l-problemi.

3. Kemm kien jagħmel sens li jkun ippreżentat dan il-budget, meta hemm ċans kbir li ma jgħaddix u jaqa’ il-Gvern?

Ahna ilna nghidu li jmissu ilha li ssejhet elezzjoni.

 4. X’inhuma l-akbar difetti li għandu dan il-budget?

L-akbar diffett huwa li x’aktarx huwa biss lista ta’ weghdi, li saru fl-ahhar qabel l-elezzjoni. L-akbar difett tibqa’ l-incertezza minhabba sistema politika mnawwra li tant jiftahru li hija ‘stabbli’ meta filfatt spiccat sistema fejn il-parlament spicca irrelevant u l-membri parlamentari pupazzi. L-ideat politici saru ma jiswew xejn – l-aqwa l-voti akkost ta’ kollox u “imbaghad naraw wara”!

5. Impossibbli li dan il-budget kellu kollox ħażin. X’inhuma dawk il-punti f’dan il-budget li fl-opinjoni tiegħek jagħmlu sens u li l-partit tiegħek għandu jikkunsidrahom kieku jkollu l-opportunita’ li jagħmel dan?

Ghalkemm ghadhom vagi l-inizjattivi dwar energija mix-xemx fuq bini tal-gvern huma inizjattivi interessanti. Anke l-inizjattiva mhabbra, li wkoll ghadha vaga, fejn min m’ghandux access ghal bejt jista’ jiehu sehem minn energija mix-xemx prodotta x’imkien iehor. Kif u fejn ghadna ma nafux.

6.       Dan il-budget kien wieħed tajjeb fejn jidħol l-ambjent? Fejn falla fil-miri ambjentali?

L-ambjent ghandu, flimkien mal-kwalita tal-hajja, ikun l-pern tal-politika li hija verament progressiva u ekologista. Hemm mizuri pozittivi izda zgur li l-ambjent u l-kwalita tal-hajja ghadhom jitqiesu bhala appendici aktar milli l-ispirazzjoni tal-politika tal-PN u l-PL. Il-fatt li l-gvern ma semmiex investiment f’sistema differenti u addizjonali ta’ transport pubbliku meta s-suppost riforma ghadha tbati minn nuqqasijiet kbar huwa aspett wiehed fejn mhux qed issir enfasi bizzejjed fuq ir-rabta bejn t-trasport u t-tniggis.

7. Ħafna qed jifirħu li f’dan il-budget il-Gvern semma li se jdaħħal (anke jekk b’mod mifrux sal-2015) il-wegħda li jitnaqqsu t-tax bands minn 35% għal 25%. Tagħmel sens fil-mod kif qed jipproponiha jew daħka fil-wiċċ meta suppost il-poplu ilu jgawdi minn din il-wegħda minn tal-inqas ħames snin?

Il-problema hija l-kuncett – jekk il-pajjiz jiflah tnaqqis fit-taxxa tad-dhul, l-ammont ta’ tnaqqis missu infirex fuq min jaqla’ l-anqas. F’kelma wahda missu beda mir-rati ta’ taxxi ta’ isfel mhux ghamel bil-maqlub. It-taxxa fuq id-dhul suppost hija progressiva – igifieri min jaqla’ l-izjed jikkontribwixxi l-aktar. Jekk irridu li jkollna servizzi li jinghataw lil kulhadd bhas-sahha, l-edukazzjoni, l-istipendji, u l-pensjoni ta’ dizabilita, il-gvern m’ghandux jilghab mal-kuncett ta’ gustizzja socjali li huwa s-sies tat-taxxa fuq id-dhul. Fil-verita l-aktar li se jgawdu huma dawk li jaqilghu 60,000 Ewro u fuqhom ghax fuq aktar minn nofs id-dhul taghhom se jhallsu 3600 Ewro anqas taxxi. Minn min jaqla 15,000 Ewro, 20,000 Ewro u 60,000 Ewro l-gvern qed jivvantaggja sew ta l-ahhar. Is-sostenibilita ta’ din il-mizura hija l-mistoqsija l-kbira.

8. Dan hu sempliċiment budget jew għandu jitqies bħala l-manifest elettorali tal-Partit Nazzjonalista u bażi li fuqu l-partiti politiċi l-oħra jqabblu u jagħmlu wegħdi differenti u aħjar?

Aktar qiesu manifest, galadarba l-elezzjoni hija daqstant fil-qrib.

9. Jekk il-Gvern jaqa’ u l-partit tiegħek jirbaħ l-elezzjoni ġenerali li jmiss ma’ liema punti ta’ dan il-budget iħoss li għandu jintrabata u liema punti, assolutament jemmen li għandhom jitħallew barra?

L-ghan taghna hija l-partecipazzjoni fil-parlament fejn inkunu nistghu nressqu mozzjonijiet, proposti ta’ ligijiet u nwasslu l-ideat taghna direttament f’din l-istituzzjoni importanti. Fil-fatt nahsbu li l-parlament bhala instituzzjoni ghandu jissahhah biex verament jikkontrolla lill-gvern u mhux bil-kontra. Jekk ikollna l-opportunita nressqu l-proposti taghna kif spjegati fil-programm elettorali taghna u ovvjament dejjem lesti niddiskutu ma haddiehor dwar kull proposta, tigi minn fejn tigi. Zgur li l-enfasi taghna tkun fuq il-kwalita tal-hajja, s-sahha fis-sens usa taghha u li l-enfasi dejjem tkun fuq min huwa l-aktar batut. Jekk inkunu parti minn Gvern ovvjament jkun irid isir program komuni li jghaqqad punti u prijoritajiet ta’ dawk il-partiti li jiffurmaw il-gvern bhal ma jigri fil-pajjizi zviluppati, prattikament kollha tal-UE, ibda mill-Iskandinavja sal-Germanja.

 10.   Bħala kandidat fl-elezzjoni ġenerali li jmiss, x’kienu jkunu dawk il-miżuri li kont iddaħħal fil-budget u li dan il-Gvern naqas li jinkludi? 

Hemm bzonn mizuri serji biex jigu protetti l-ftit spazji miftuha li ghad fadal f’pajjizna flimkien ma unit iffokat fuq il-bijodiversita. Fondi adegwati ghal ricerka u zvilupp specjalment fejn tidhol dik li tissejjah ‘modernizazzjoni ekologika’ nahseb li huma important ukoll fejn jidhol zvilupp ekonomiku sostenibbli. L-energija alternattiva huwa qasam iehor importanti. Kif il-paga minima tista’ issir paga dicenti u l-pensjoni tad-dizabilita ma tibqax il-mizerja ta’ 55% tal-paga minima ghandhom ukoll ikunu prijorita. Bhala kandidat ta’ AD fuq is-7 u l-11-il distrett, flimkien ma shabi, dawn huma prijoritajiet importanti hafna ghalina.