Archive for January, 2013

“Finanzi fis-sod”? roflol…

January 20, 2013

Roflol!? X’taħbat? Tintuża fuq iċ-‘chat’ fuq l-internet jew f’xi SMS – ‘rolling on floor, laughing out loud’ (http://www.urbandictionary.com/define.php?term=roflol).

Kieku mhux għax tal-biki hekk trid tiktiblu lil Lawrence Gonzi, Tonio Fenech jew xi kelliem ieħor tal-PN jibgħatlek xi messaġġ jgħidlek  “Finanzi fis-sod”. Anzi missna nagħmlu strixxuni kbar b'”ROFLOL” fuqhom u nwaħħluhom mal-billboards tal-“Fianzi fis-sod” (dawk bil-familja illamtati qishom riklam tal-Pepsodent).

Min jieħu għalih paċenzja, iżda trid tkun verament mazzun biex tibla’ dan l-islogan tal-PN. ‘Finanzi fis-sod’ bl-Enemalta b’dejn jaqbeż it-800, 000, 000 Ewro? ‘Finanzi fis-sod’ b’dejn nazzjonali jaqbeż l-4,700,000,000 Ewro (4.7 biljuni)? Mill-1996 id-dejn kiber b’400%. U d-defiċit jerġa jikber. (sors: http://www.centralbankmalta.org/site/statistics2.asp)

Għaliex taħseb li Gonzi ppropona tnaqqis kbir fit-taxxa tad-dħul meta kien jaf li se jaqa’ l-gvern? Ovvja għax kien jaf li l-baġit mhux se jgħaddi.

Ara irid ikollok wiċċek u l-warrani l-istess biex toħroġ billboard b’messaġġ bħal dan.

http://www.independent.com.mt/mobile/2013-01-13/news/maltas-deficit-trends-are-worrying-ad-680984576/

http://tvm.com.mt/news/maltas-deficit-trends-are-worrying-michael-brigulio/

http://www.maltatoday.com.mt/en/businessdetails/business/businessnews/S-P-warns-Malta-s-ratings-may-be-downgraded-by-two-notches

http://www.timesofmalta.com/articles/view/20130116/local/what-s-p-said.453503

 

Il-mina ta’ Gonzi u Muscat – Mhux kulhadd mazzun

January 16, 2013

Hawn hafna mzazen. Izda mhux kulhadd mazzun.

Gonzi qed iwieghed il-famuza mina bejn Malta u Ghawdex. Kien hareg biha l-kanidat Laburista Franco Mercieca, gabarha Chris Said u qabadha minn sieqha Muscat.

Il-PL u l-PN bejniethom qed iweghdu li jfallu lill Malta. Minn power station gdida li wiehed jghid li se tiswa fuq it-300 miljun Ewro u l-iehor jghid 600 miljun Ewro. Sa mina, li minn ghandu ftit melh f’mohhu malajr jinduna li tiswa tal-anqas biljun Ewro. Jissemmew il-famuzi ‘fondi Ewropej’. Ir-realta hija li fondi Ewropej jintefqu fuq affarijiet differenti…issa jekk il-PL u l-PN iridux jonfqu l-budget kollu allokat lil Malta fuq 7 snin fuq mina u powerstation ma nafx ghax ma qalux.

Sadanittant Tonio Fenech, dak li mar jara loghba futbol b’jet privat u li ra lill-Madonna tibki, ordna lil Enemalta tikkummissjona rapport minghan dil-KPMG – lestewh f’gurnata, fil-hin ghal konferenza stampa tal-Partit Nazzjonalista. Tonio Fenech ma jisthi minn xejn. Kif tridu jisthi la Gonzi tah l-assoluzzjoni!?

Lura ghall-mina. L-importanti huwa servizz veloci u affidabbli bejn iz-zewg gzejjer. Darba kien sar servizz ta’ catamaran li tiehdok minn Ghawdex sal-qalba kummercjali ta’ Malta. Hawn taht issib stqarrija tal-1999 tavzana b’pompa kbira s-servizz tal-‘Victoria Express’. Dan is-servizz twaqqaf … x’aktarx qalulna li ‘mhux vijabbli’…. tajjeb mela. Katamaran li jiswa hafna u hafna anqas minn mina mhux vijabbli u ghal Gonzi, Muscat, Mercieca u Said, mina tiswa l-biljuni, bi spejjez ta’ manteniment m’oghla s-sema vijabbli u fattibbli.

Trid tkun mazzun biex temminhom lil dawn in-nies. Trid tkun mazzun biex ma tindunax li dawn qed ifajjru bl-addocc u jweghdu l-ilma jizfen.

X’qed nipproponi? Facli. Ejjew indahhlu servizz ta’ catamaran li b’velocita tiehdok minn Ghawdex sal-Belt, tas-Sliema u jekk hemm bzonn postijiet ohra fil-qalba ta’ Malta – li jwasslek dritt fejn trid tmur.

http://www.gozochannel.com/pressreleasesdetails.asp?n=65

Press ReleasesFrom Gozochannel
VICTORIA EXPRESS BACK IN SERVICE 01/07/1999
1st July 1999VICTORIA EXPRESS BACK IN SERVICEThe Gozo Channel express service the SES Victoria Express will be back in service as from Monday, 5th July. Until the necessary alterations are made to the Sliema key the Catamaran will be operating solely between Mgarr and Sa Maison. The first trip from Mgarr Gozo will be at 6.45 am, while the first trip from Sa Maison will depart at 9.30 am. The catamaran will be operating between Monday and Saturday and the fare will be Lm3.00 single way and Lm5.00 return. A special fare of Lm1.00 will however be applicable for all passengers travelling from Gozo on the first trip only, with return on any other trip from Malta.

Speaking about the introduction of the new catamaran service, Gozo Channel Chairman, Mr John E Sullivan stated that “the reintroduction of the express service is in line with our commitment and slogan to give a service to Gozo and to all our customers. In preparing the summer schedule we have tried to accommodate the exigencies of all our customers, especially the Gozitans who commute to Malta on a daily basis for their work. We hope that this service will help alleviate some of the difficulties they undergo to travel to their office or place of work. Furthermore, the fact that the service is being provided to Sa Maison will help commuters to reach their destinations in a much shorter time. The 09.30 trip from Sa Maison is expected to be highly popular with tourists and the Maltese travelling to Gozo on business.”

Mr Sullivan added that “keeping in mind the social aspect of this service we have tried to keep the fares as low as possible. This we have done without sparing any efforts on the reliability and efficiency of the service.”

The summer schedule for the SES Victoria express will be as follows:

Mgarr Sa Maison

Dep : 06.45 Dep : 09.30
Dep : 12.30 Dep : 13.45
Dep : 17.00 Dep : 18.30

Aktar materjal dwar is-suggett:

http://gozonews.com/138/gozo-catamaran-reintroduction-proposed/

http://www.timesofmalta.com/articles/view/20060325/local/catamaran-to-gozo-mooted.59149

http://www.maltatoday.com.mt/2010/03/03/t4.html

http://carmelcacopardo.wordpress.com/2011/02/06/linking-malta-gozo-the-moses-touch/

http://carmelcacopardo.wordpress.com/2013/01/15/l-enemalta-tiffinanzja-l-kampanja-elettorali-tal-pn/

http://carmelcacopardo.wordpress.com/2011/02/12/the-right-link-that-remains-missing/

L-enerġija – snin sħaħ ta’ abbandun

January 9, 2013

Qegħdin tard ħafna fil-qasam tal-enerġija.

Ngħiduha kif inhi – l-PN fil-gvern għamel diżastru liema bħalu. Barra li ħalla kollox sa l-aħħar minuta tul is-snin:

* naqsu milli jinnegozjaw mal-UE fil-perjodu ta’ qabel l-isħubija dwar għajnuna għall-immodernizzar tas-settur. Dejjem aħjar tiddiskuti QABEL milli wara. Imma l-PN u Simon Busuttil kien aktar moħħhom dwar id-deroga finta tal-kaċċa fir-rebbiegħa,

* wegħdu li se jagħlqu l-power station tal-Marsa għall-ħabta tal-1995. Reġgħu wegħdu l-istess kemm lokalment u anke lill-UE fl-2004. Reġgħu qalu li ingħalqet dan l-aħħar iżda reġgħet infetħet minħabba ħsarat fil-famuż impjant prototip tal-BWSC.

* Austin Gatt (li issa l-“clone” tiegħu Delia ħiereġ għall-elezzjoni mal-PN ovvjament) għamel snin sħaħ jiżżufjetta b’kull sejħa għal enerġija nadifa. Ir-riżultat: Malta l-aħħar fl-UE f’dal-qasam.

* Għabbew lill-Enemalta b’dejn massiċċ ta’ 873,000,000 Ewro. Prosit u grazzi!

Hemm bżonn investiment kbir f’dal-qasam. Biss biss irridu nilħqu l-minimu ta’ 10% minn sorsi ta’ enerġija nadifa. Bħala AD ngħidu li min juża l-enerġija bil-għaqal għandu jkun mgħejjun. Min jaħli għandu jħallas il-prezz sħiħ.

Hemm bżonn investiment qawwi fil-pannelli fotovoltajiċi u solar water heaters. Hemm bżonn inħarsu lejn kunċetti bħal micro-wind turbines. Hemm proġetti interessanti ta’ enerġija mill-mewġ. U iva hemm bżonn immorru għall-gass. Dan kollu jfissru spejjes kbar.

La semmejt il-pannelli ma nistax ma nsemmix kif il-PN fil-gvern għalkemm nieda skemi ta’ sussidji dejjem għamel dan minn sena għal sena. DAN MHUX MOD kif isiru l-affarijiet. F’dawn l-affarijiet hemm bżonn ċertezza u pjanar fit-tul. Hemm kumpaniji li jinstallaw dan l-apparat li kellhom ikeċċu l-ħaddiema tekniċi tagħhom – għax meta toħroġ skema sena sena (il-Ġermanja l-pjan ta’ sussidji kien ippublikat b’liġi u mifrux fuq 20 sena) impossibbli li jsiru pjanijiet kummerċjali u pjanar tal-ħaddiema li jkollok bżonn.

Hemm djun kbar. Huwa għalhekk li l-kalkoli tal-PL dwar il-prezzijiet jidhru ottimisti iżżejjed. Id-diżastru tal-PN inħallsu għalih aħna lkoll.

Image