L-enerġija – snin sħaħ ta’ abbandun

Qegħdin tard ħafna fil-qasam tal-enerġija.

Ngħiduha kif inhi – l-PN fil-gvern għamel diżastru liema bħalu. Barra li ħalla kollox sa l-aħħar minuta tul is-snin:

* naqsu milli jinnegozjaw mal-UE fil-perjodu ta’ qabel l-isħubija dwar għajnuna għall-immodernizzar tas-settur. Dejjem aħjar tiddiskuti QABEL milli wara. Imma l-PN u Simon Busuttil kien aktar moħħhom dwar id-deroga finta tal-kaċċa fir-rebbiegħa,

* wegħdu li se jagħlqu l-power station tal-Marsa għall-ħabta tal-1995. Reġgħu wegħdu l-istess kemm lokalment u anke lill-UE fl-2004. Reġgħu qalu li ingħalqet dan l-aħħar iżda reġgħet infetħet minħabba ħsarat fil-famuż impjant prototip tal-BWSC.

* Austin Gatt (li issa l-“clone” tiegħu Delia ħiereġ għall-elezzjoni mal-PN ovvjament) għamel snin sħaħ jiżżufjetta b’kull sejħa għal enerġija nadifa. Ir-riżultat: Malta l-aħħar fl-UE f’dal-qasam.

* Għabbew lill-Enemalta b’dejn massiċċ ta’ 873,000,000 Ewro. Prosit u grazzi!

Hemm bżonn investiment kbir f’dal-qasam. Biss biss irridu nilħqu l-minimu ta’ 10% minn sorsi ta’ enerġija nadifa. Bħala AD ngħidu li min juża l-enerġija bil-għaqal għandu jkun mgħejjun. Min jaħli għandu jħallas il-prezz sħiħ.

Hemm bżonn investiment qawwi fil-pannelli fotovoltajiċi u solar water heaters. Hemm bżonn inħarsu lejn kunċetti bħal micro-wind turbines. Hemm proġetti interessanti ta’ enerġija mill-mewġ. U iva hemm bżonn immorru għall-gass. Dan kollu jfissru spejjes kbar.

La semmejt il-pannelli ma nistax ma nsemmix kif il-PN fil-gvern għalkemm nieda skemi ta’ sussidji dejjem għamel dan minn sena għal sena. DAN MHUX MOD kif isiru l-affarijiet. F’dawn l-affarijiet hemm bżonn ċertezza u pjanar fit-tul. Hemm kumpaniji li jinstallaw dan l-apparat li kellhom ikeċċu l-ħaddiema tekniċi tagħhom – għax meta toħroġ skema sena sena (il-Ġermanja l-pjan ta’ sussidji kien ippublikat b’liġi u mifrux fuq 20 sena) impossibbli li jsiru pjanijiet kummerċjali u pjanar tal-ħaddiema li jkollok bżonn.

Hemm djun kbar. Huwa għalhekk li l-kalkoli tal-PL dwar il-prezzijiet jidhru ottimisti iżżejjed. Id-diżastru tal-PN inħallsu għalih aħna lkoll.

Image

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s


%d bloggers like this: