Archive for January 20th, 2013

“Finanzi fis-sod”? roflol…

January 20, 2013

Roflol!? X’taħbat? Tintuża fuq iċ-‘chat’ fuq l-internet jew f’xi SMS – ‘rolling on floor, laughing out loud’ (http://www.urbandictionary.com/define.php?term=roflol).

Kieku mhux għax tal-biki hekk trid tiktiblu lil Lawrence Gonzi, Tonio Fenech jew xi kelliem ieħor tal-PN jibgħatlek xi messaġġ jgħidlek  “Finanzi fis-sod”. Anzi missna nagħmlu strixxuni kbar b'”ROFLOL” fuqhom u nwaħħluhom mal-billboards tal-“Fianzi fis-sod” (dawk bil-familja illamtati qishom riklam tal-Pepsodent).

Min jieħu għalih paċenzja, iżda trid tkun verament mazzun biex tibla’ dan l-islogan tal-PN. ‘Finanzi fis-sod’ bl-Enemalta b’dejn jaqbeż it-800, 000, 000 Ewro? ‘Finanzi fis-sod’ b’dejn nazzjonali jaqbeż l-4,700,000,000 Ewro (4.7 biljuni)? Mill-1996 id-dejn kiber b’400%. U d-defiċit jerġa jikber. (sors: http://www.centralbankmalta.org/site/statistics2.asp)

Għaliex taħseb li Gonzi ppropona tnaqqis kbir fit-taxxa tad-dħul meta kien jaf li se jaqa’ l-gvern? Ovvja għax kien jaf li l-baġit mhux se jgħaddi.

Ara irid ikollok wiċċek u l-warrani l-istess biex toħroġ billboard b’messaġġ bħal dan.

http://www.independent.com.mt/mobile/2013-01-13/news/maltas-deficit-trends-are-worrying-ad-680984576/

http://tvm.com.mt/news/maltas-deficit-trends-are-worrying-michael-brigulio/

http://www.maltatoday.com.mt/en/businessdetails/business/businessnews/S-P-warns-Malta-s-ratings-may-be-downgraded-by-two-notches

http://www.timesofmalta.com/articles/view/20130116/local/what-s-p-said.453503