Mercieca, Muscat, Fenech u Gonzi

Il-PN ħarġu stqarrija dwar il-każ tas-Segretarju Parlamentari Franco Mercieca. Mercieca fuq it-timesofmalta.com jiġi kwotat li qal li l-eżenzjoni mill-kodiċi tal-etika hija xi ħaġa bejnu u l-Prim Ministru.

L-istess kif kien ġara fil-każ tal-vjaġġ fuq jet privat ta’ Tonio Fenech biex imu jara partita futbol. Gonzi kien qal li hu tah permess, avolja kiser il-kodiċi ta’ etika. Dakinhar x’aktarx il-PL ħarġu stqarrija simili għal tal-PN tal-lum.

Prim Ministru mhux xi konfessur li jista’ jaqbad u jinjora l-istandards tal-etika fil-ħajja pubblika. Muscat u Gonzi: maqtugħin mill-istess pezza drapp medjokri.

Tridu taraw il-partitarji patetiċi tagħhom jiktbu l-messaġġi taħt l-artikli dwar il-każ. Is-soltu storja: jekk Laburisti jiġġustifikaw l-aġir ta’ Muscat, u jekk Nazzjonalisti, jipprietkaw l-etika meta l-gvern preċedenti kien qisu skip ilu xi xhar fix-xemx taqli!

Il-PN u l-PL, Gonzi, Muscat, Mercieca u Fenech lanqas jistħu ma jafu: wiċċhom u x’imkien ieħor l-istess. Il-PN partit ipokrita jitkaża b’affarijiet li għamlu huma stess, u l-PL taparsi “ġdid” meta fil-fatt għandu l-istess mentalita ta’ sħbu tal-PN.

Links relatati:

Il-każ Tonio Fenech:

http://www.maltatoday.com.mt/2009/10/14/t1.html

Il-każ Mercieca:

http://www.maltatoday.com.mt/en/newsdetails/news/national/PN-slams-hypocrite-Prime-Minister-over-code-of-ethics-20130611

One Response to “Mercieca, Muscat, Fenech u Gonzi”

  1. Matthew Schembri Says:

    Mux biex nigustifika xejn izda ma tfisirx ax gvern amel hazin lihor andu id dritt jamila aqas.

    Ax sfurtunatament il mentalita hija: “Ahjar tara x’ghamel Gonzi u Tonio…”, u kull partit giefiri, irid insibu skuza b’skond ghamel haddiehor mux x’inhu sew!!

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s


%d bloggers like this: