Archive for August 18th, 2013

Aktar bini, grazzi għal Pullicino, il-PN u l-Labour

August 18, 2013

Image

Beda l-bini f’għalqa f’tarf Ħ’Attard, faċċata tas-Saint Catherine’s Pharmacy (l-isfel mill-kappella tal-Mirakli), f’dik li sa qabel l-2006 kienet art barra ż-żona tal-iżvilupp. Fl-2006 l-Parlament approva l-hekk imsejħa ‘razzjonalizazzjoni’ bil-Gvern u wieħed mill-agħar Ministri tal-Ambjent li qatt rajna jiġġustifika aktar u aktar bini, bl-Oppożizzjoni ta’ dak iż-żmien tkompli mal-Gvern u tipproponi aktar art għall-iżvilupp hi ukoll. Prosit! Kburi li ma nappoġġjax lil PNPL. Kburi li mal-AD għamilna li stajna biex inwaqqfu dal-ġenn.

Kburi li opponejna dal-ġenn tan-Nazzjonalisti appoġġjat mill-Labour. Ħasra li ħafna nies jindunaw b’dak li qed jiġri wara li l-fatt ikun sar u mingħajr ma jafu jkunu taw l-arja u s-saħħa lil dawk responsabbli għal dan il-ġenn.

Image