Aktar bini, grazzi għal Pullicino, il-PN u l-Labour

Image

Beda l-bini f’għalqa f’tarf Ħ’Attard, faċċata tas-Saint Catherine’s Pharmacy (l-isfel mill-kappella tal-Mirakli), f’dik li sa qabel l-2006 kienet art barra ż-żona tal-iżvilupp. Fl-2006 l-Parlament approva l-hekk imsejħa ‘razzjonalizazzjoni’ bil-Gvern u wieħed mill-agħar Ministri tal-Ambjent li qatt rajna jiġġustifika aktar u aktar bini, bl-Oppożizzjoni ta’ dak iż-żmien tkompli mal-Gvern u tipproponi aktar art għall-iżvilupp hi ukoll. Prosit! Kburi li ma nappoġġjax lil PNPL. Kburi li mal-AD għamilna li stajna biex inwaqqfu dal-ġenn.

Kburi li opponejna dal-ġenn tan-Nazzjonalisti appoġġjat mill-Labour. Ħasra li ħafna nies jindunaw b’dak li qed jiġri wara li l-fatt ikun sar u mingħajr ma jafu jkunu taw l-arja u s-saħħa lil dawk responsabbli għal dan il-ġenn.

Image

One Response to “Aktar bini, grazzi għal Pullicino, il-PN u l-Labour”

  1. Bertu Says:

    Sviluppatur għaqli – applika fi zmien l-elezjoni, 4 ta Marzu 2013. Kellha ‘Target’, 21 t’Ottubru, izda waqfgħet ‘record’ – giet deciza fil-5 ta Lulju. Mela biex teqred dawn l-għelieqi li, ftit xhur ilu kienu bil-qamħ, din l-għaġla kollha, waqt li jekk titlob xi ċuċċata lill-MEPA, tqattagħalek qalbek!!!
    Imma dan għadu l-bidu. Pullicin ikkundanna izjed minn 77 sit madwar Malta u Ghawdex kollu taht l-iskema tar-‘Rationalisation’, uhud minnhom il-fuq minn 50 tomna – b’kollox art ikbar mis-Siġġiewi.
    Forsi ghadna nistgħu nagħmlu xi ħaġa. Ipprotesta billi tikteb fuq LP2013 lill-MEPA. Uliedna jixirqilhom aħjar.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s


%d bloggers like this: