Archive for October 30th, 2013

Int lil min ivvutajt?

October 30, 2013

Ironika li s-Sindku ta’ Hal Balzan u l-Kunsilliera Nazzjonalisti imorru protesta fuq zvilupp eccessiv meta kienu huma stess li flimkien ma’ votanti Nazzjonalisti ohra li bil-vot taghhom poggew fil-Parlament il-persuni li wettqu politika ta’ zvilupp bla razan.

Ironika li l-Kunsilliera Laburisti imorru l-istess protesta meta bil-vot taghhom u ta’ votanti Laburisti ohra poggew fil-Parlament persuni li qed jaraw kif ikomplu IZIDU l-hekk imsejjah “zvilupp”.

Ironika kif xi nies jindunaw issa li z-zoni ta’ zvilupp zdiedu u z-zoni fejn jista’ jitwaqqa’ l-bini u jsir bini b’aktar sulari zdiedu, meta dawn id-decizjonijiet ittiehdu mill-kabinett ta’ Gonzi fl-2006 – 7 SNIN ILU! Daz-zmien meta xi hadd jaghmel xi lment nistaqsieh b’wicci minn quddiem: imma int, lil min ivvutajt?

L-ewwel jappoggjaw lil min jaghmel policies favur l-ispekulaturi imbaghad jorganizzalek protesta… hallina Montebello tridx!

“Ieqaf ftit u aħseb jekk bil-vot tiegħek inti kontx wieħed jew waħda minn dawk li appoġġajt lil dawk li dejjem iddefendew l-ispekulaturi. F’dak il-każ għalfejn qed tipprotesta? Ħares fil-mera u għid: it-tort kollu tiegħi!”