Archive for November 12th, 2013

Għal lira (jew Ewro?) addio kollox…

November 12, 2013

Il-kontradizzjonijiet inkredibbli, mhux inqas dawk tal-PN…

Dwar il-Mistra: MP tal-PN Ryan Callus, waqt laqgħa tal-bord tal-MEPA jitlob li tonqos l-intensita tal-bini (halliha li l-permess ‘outline’ kien diga hareg fi zmienhom, u l-istupru ta’ Malta ilu għaddej żmien), fl-istess waqt il-President tal-PN Anne Fenech tirrapreżenta lill-ispekulaturi …u tgħaddi tagħha.

Dwar il-bejgħ tal-passaporti: il-PN jopponi, iżda fl-waqt Francis Zammit Dimech (MP, PN) u kandidata tal-PN Therese Comodini Cachia jirrapreżentaw lir-rivali ta’ Henley, li huma wkoll jixtiequ jbiegħu l-passaporti.

‘Xogħol privat’ …kollox sew… xogħol privat u prostituzzjoni tal-prinċipji wkoll. imma kif jgħidu… għal lira (jew Ewro?) addio kollox!