Id-demokrazija bażika u l-Isqof Scicluna

Image

(sors tal-istorja li qed nikkummenta fuqha: http://www.maltatoday.com.mt/en/newsdetails/news/national/Bishop-Scicluna-calls-for-secret-ballot-on-civil-union-bill-20140114)

Meta Isqof jidħol fl-isfera pubblika billi jitkellem fuq attwalita, r-risposti għal kliemu ma jistgħux ikunu għajr risposti politiċi, fis-sens kollu tal-kelma.

M’għandix għalfejn ngħid li l-Isqof Scicluna għandu kull dritt jgħid li jrid, fuq liema suġġett irid, meta jrid u kif irid. F’soċjeta demokratika dan għandu jkun ovvju. Ovvjament kulħadd għandu d-dritt jirrispondieh.

Mhux se nidħol fil-merti tas-suġġett li fuqu tkellem, iġifieri l-unjoni ċivili. Lanqas ta’ jekk kienx hemm min qagħad jilgħab bil-kliem qabel l-elezzjoni – dawk jarah hu. Il-pożizzjoni tal-AD ( u tiegħi) hija ċara daqs il-kristall.

Lanqas se nidħol fid-diskors tal-Isqof li hemm Alla għassa ta’ kulħadd ‘qed jarana’ – qiesu xi ‘big brother’jew xi surmast tal-iskola  – dak l-istil ta’ diskors jarah hu.

Imma l-Isqof, bi kliemu wera li m’għandu l-ebda idea ta’ x’inhi d-demokrazija rappreżentattiva. Mill-iżgħar kunsill lokali sal-parlament nazzjonali, sa Brussell fil-Parlament Ewropew, in-nies jiddelegaw is-sovranita tagħhom u jagħżlu rappreżentanti biex minflokhom u f’isimhom jiddeċiedu fuq liġijiet, tmexxija u nfieq ta’ flus pubbliċi.

Mela peress li dawn ir-rappreżentanti qed jirrappreżentaw lil ħaddieħor – il—“ħaddieħor” għandhom id-dritt li jkunu jaqfu kif qed jiddeċiedu r-rappreżentanti tagħhom. L-għajta tal-Isqof Scicluna għal voti sigriet fil-Parlament Malti (xi ħaġa li diġa ma tistax issir), hija idea anti-demokratika. In-nies għandhom id-dritt ikunu jafu kif jivvutaw fil-Parlament ir-rappreżentanti tagħhom, irresittivament minn kif u fuq liema suġġett jivvutaw. Ir-rappreżentanti eletti għandhom id-dmir jispjegaw kif ivvutaw u għaliex ivvutaw bil-mod li jkunu vvutaw.

Forsi hemm min jgħid li madanakollu fl-elezzjonijiet u fir-referenda l-vot huwa sigriet. Mitt darba u elf, iżda f’dawn il-każijiet m’hemmx ‘delega’ – huwa ċ-ċittadin individwali li qed jeżerċita s-sovranita tiegħu u jiddeċiedi. M’hemm ħadd li qed jiddeċiedi f’ismu.

Ma stennejtx li l-Isqof Scicluna ma jafx b’dal-prinċipju bażiku tad-demokrazija rappreżentattiva. Membri Parlamentari li mhux lesti juru kif jivvutaw mhux posthom fil-Parlament. Fortunatament dak li qed jitlob l-Isqof Scicluna ma jistax isir bir-regoli parlamentari.

 

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s


%d bloggers like this: